IL-ĦOLMA ŻAGĦŻUGĦA

  • Mar 27, 2018 18:45
  • Miktub minn iNews

    F'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fl-Imqabba, is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju bi pjaċir tippreżenta' d-dokumentarju bl-isem 'Il-Ħolma Żagħżugħa'. Dan id-dokumentarju joħodna fi vjaġġ twil kwart ta' seklu u jibda’propju fis-16 ta' Lulju 1993, fejn dakinhar ir-raħal tal-Imqabba ra t-twaqqif ta' għaqda li kellha tikteb l-istorja tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Permezz ta' rakkont ta' storja ħelwa, dan id-dokumentarju jirrakkonta l-ġrajjiet li minnhom għaddew dawn iż-żgħażagħ sabiex qed igawdu preżent glorjuż u jħarsu lejn il-futur b'ottimiżmu u b'ħeġġa liema bħalha. Ser nassistu għad-diffikultajiet li ġarrbu dawn iż-żgħażagħ matul dawn is-snin, però b'determinazzjoni kbira qatt ma qatgħu qalbhom u komplew dejjem jgħollu isem dik li tant iħobbu, il-Madonna tal-Ġilju. Dan id-dokumentarju ser jintwera għall-ewwel darba fil-Galleria Cinemas, il-Fgura nhar it-Tnejn 30 t' April, 2018 fis-9:00pm. Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukjaw il-biljetti tagħkom ċemplu fuq 79685761 jew 98122062. Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook