Dħul b’xejn fil-Palazz tal-Inkwiżitur

  • Mar 27, 2018 20:48
  • Miktub minn iNews
"

    Għal ħafna snin il-fidi u t-tradizzjoni ‘imxew’ id f’id u sawru wirt soċjo-kulturali rikk li sar parti fil-ħajja ta’ kuljum u aspett integrali mill-identitá ta’ pajjiżna. Matul din il-ġimgħa tasal fi tmiemha l-Ġimgħa Mqaddsa. It-tradizzjonijiet reliġjużi ċċelebrati matul din il-ġimgħa għadhom b’saħħithom. Jibdew minn Ras ir-Randan u jilħqu l-qofol tagħhom  bil-Ġimgħa Mqaddsa u fl-Għid. Il-kalendarju liturġiku f’dan il-perjodu intens u ‘sinjur’ f’dawk li huma drawwiet, jasal fi tmiemu ħamsin ġurnata wara bil-Pentekoste. 

    Filwaqt li huwa magħruf sew ix-xogħol imwettaq minn Heritage Malta fil-wirt tanġibbli, ftit huma dawk li kellhom l-opportunitá japprezzaw l-impenn tal-aġenzija biex issaħħaħ il-wirt intanġibbli ta’ pajjiżna. Ħidmet Heritage Malta f’dan il-qasam hija mifruxa fuq diversi inizjattivi bħal proġetti ta’ dokumentazzjoni, programmi tematiċi edukattivi u wirjiet permanenti fil-mużewijiet. Id-drawwiet tal-karnival, ir-randan u l-Għid huma suġġett f’waqtu għal dan il-perjodu tas-sena u huma spjegati tajjeb f’wirjiet permanenti fil-Palazz tal-Inkwiżitur-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija fil-Birgu.

    Il-Palazz tal-Inkwiżitur se jkun miftuħ b’xejn nhar is-Sibt 31 ta’ Marzu, li jaħbat Sibt il-Għid, u din hija opportunitá ideali biex il-pubbliku jesplora u jifhem aħjar l-istorja u l-influwenzi li sawwru r-ritwali u d-drawwiet marbuta mal-passjoni u l-qawmien mill-mewt ta’ Kristu. Aktar minn hekk il-pubbliku se jkollu opportunitá wkoll iżur dan il-palazz uniku li serva ta’ dar u tribunal għall-inkwiżituri mill-1574 sal-1798. Il-binja ta’ dan il-palazz hija ġawhra fiha nnifisha, u tgħaqqad l-ambjent sofistikat u tipiku ta’ palazz ruman tal-epoka barrokka flimkien ma’ atmosfera ta’ awsteritá fil-kumpless tal-ħabs. Fil-fatt l-esperjenza matul iż-żjara fil-Palazz tal-Inkwiżitur tista’ tinqasam fi tliet partijiet. Fis-sular t’isfel hemm il-kċina u l-kmamar domestiċi, f’parti oħra hemm il-piano nobile li jinkludi s-swali u l-kmamar ta’ abitazzjoni mifruxa fuq żewġ pjani, u t-tielet u l-aħħar parti tinkludi spazji għall-uffiċini tal-inkwiżitur, il-kamra tat-torturi u ċ-ċelel.

    Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jsegwu wkoll ix-xogħol ta’ restawr li għaddej kemm fuq il-binja kif ukoll fit-tisħiħ tal-kollezzjoni. Matul il-ġurnata se jsiru żewġ żjajjar bi gwida, wieħed fl-10.00am u ieħor fis-2.00pm. Ta’ min isemmi li l-Palazz tal-Inkwiżitur huwa l-uniku palazz tat-tip tiegħu miftuħ għall-pubbliku fid-dinja.

    Il-ħinijiet tal-ftuħ għal din l-okkażjoni se jkunu l-istess bħal matul is-sena, jiġifieri bejn id-9.00am u l-5.00pm, bl-aħħar dħul isir fl-4.30pm

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0