Ċelebrazzjoni ta' festa tradizzjonali...il-Festa ta' San Girgor

  • Apr 02, 2018 13:55
  • Miktub minn iNews

    Imħabbar il-programm għal Jum San Girgor

    Festivals Malta ħabbret il-programm għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum San Girgor li se jsir nhar l-Erbgħa 4 t’April fiż-Żejtun u fix-Xatt ta’ Marsaxlokk. Bħas-sena li għaddiet il-programm hu wieħed mimli li jibda minn filgħodu u jibqa’ għaddej sa tard waranofsinhar. Dan jinkludi ċelebrazzjonijiet reliġjużi fosthom il-pellegrinaġġ mill-Kappella ta’ San Kelment sal-Parroċċa ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun għall-Knisja ta’ San Girgor kif ukoll divertiment provdut minn bosta għannejja u daqqaqa max-Xatt ta’ Marsaxlokk. Dawn l-attivitajiet huma organizzati minn Festivals Malta bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u ta’ Marsaxlokk. 

    L-attivitajiet ta’ Jum San Girgor jagħmlu parti mill-festival Għanafest, imtella’ minn Festivals Malta, li jiċċelebra l-kultura folkloristika lokali. B’din il-festa, qed nestendu wkoll l-impenn tagħna li nesponu attivitajiet tal-għana lil hinn minn Għanafest, u wara l-avveniment tas-sena li għaddiet f’Marsaxlokk li kien ta’ suċċess, kuntenti li rġajna lura f’dan ir-raħal magħruf għas-sajd.

    Il-pellegrinaġġ ta’ San Girgor imur lura għal sekli sħaħ għalkemm ħadd ma jaf eżatt meta beda u għaliex. Hemm ħafna teoriji dwaru fosthom wegħda biex tintemm xi traġedja bħal pesta jew qirda tal-uċuħ tar-raba’, jew ringrazzjament għax maltempata tkun ħarbtet xi flotta furbana milli tattakka lill-Gżejjer Maltin. Li nafu żgur hu li din iċ-ċelebrazzjoni ilha ssir mill-inqas mill-1543, minħabba li nstab dokument notarili li jiddeskriviha, imma li jagħti x’jifhem li kienet ilha ssir minn ħafna qabel.

    Għal aktar tagħrif dwar il-festa ta’ San Girgor u l-programm ta’ Għanafest, żur www.għanafest.com.

    Programm f’Jum San Girgor 2018 fiż-Żejtun u fix-xatt ta’ Marsaxlokk

    09:45 - Pellegrinaġġ li jibda miż-Żejtun mill-Kappella ta’ San Klement lejn il-Parroċċa ta’ Santa Katerina fejn jitkanta il-miserere. Imexxi l-Mons. Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-Kapitlu Metropolitan, l-Arċipriet, il-kleru u l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat u tal-Imdina. 

    Wara mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina jkompli l-pellegrinaġġ lejn il-parroċċa l-antika magħrufa bħala ta’ San Girgor. L-In Guardia takkumpanja l-pellegrinaġġ matul Triq San Girgor. 

    L-In Guardia tieħu postha biswit is-salib mal-ġenb tal-knisja parrokkjali – din se tirrapreżenta l-parti reliġjuża tal-Ordni ta’ San Ġwann. Minn hawnhekk takkumpanja fuq quddiem il-korteo proċessjonali lejn il-Knisja ta’ San Girgor.

    10:30 - Quddiesa letta fil-Knisja ta’ San Girgor bis-sehem ta’ dawk kollha preżenti. 

    10:45 - Jieħdu posthom fejn il-Knisja ta’ San Girgor, l-għannejja Joe Agius (tas-seba’ rġiel) u Anġlu Theuma (il-kina), u l-kitarristi Johnny Saliba (ta’ Birżebbuġa) u Victor Grech (iż-Żabbari),  iż-żewġ karrettuni bil-bhejjem u l-In Guardia.

    Jibda logħob tradizzjonali Malti mit-tfal fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Girgor bħal passju, żibeġ, boċċi, eċċ. Se jkun hemm ukoll diversi artiġġjana jaħdmu diversi snajja’ tradizzjonali.

    11:00 - Daqq tal-Prejjem u għana fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Girgor. 

    11:20 - Tingħata konferenza stampa fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Girgor dwar l-Għanafest 2018.

    11:30 - Tibda l-isfilata tal-karrettuni miġbuda mill-bhejjem u bl-għannejja u l-kitarristi fuqhom lejn Marsaxlokk.

    12:00 - Tasal l-isfilata fejn il-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk.

    Palk fiċ-ċentru tax-Xatt ta’ Marsaxlokk

    12:15 - Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 1

    12:25 - Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 1

    13:10 - Christabelle Scerri

    13:40 - Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 2

    13:50 - Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 2

    14:30 - Makkjetti: Michael Brignioni (il-ġurdien)

    14:40 - The Greenfields

    15:05 - Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 3

    15:15 - Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 3

    16:00 - Għeluq

    Palk f’tarf ix-Xatt (’il fuq mis-sorijiet fejn kienet issir l-għana spontanja)

    12:30 - Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 3

    12:40 - Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 3

    13:20 - The Greenfields

    13:45 - Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 1

    14:00 - Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 1

    14:45 - Christabelle Scerri

    15:15 - Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 2

    15:25 - Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 2

    16:05 - Makkjetti: Michael Brignioni (il-ġurdien)

    16:15 - Għeluq

    IL-GRUPPI TAL-GĦANNEJJA U DAQQAQA

    GRUPP 1

    Kitarristi Johnny Saliba (ta’ Birżebbuġa), Frans Casha (tas-Saqajn)

    GħannejjaJoe Agius (tas-seba’ rġiel), Anġlu Theuma (il-kina), Anthony Coleiro (kulajru) u Alfred Desira (l-Indjan)

    GRUPP 2

    Kitarristi Reuben Schembri (il-fusinu), Francesco Cutajar (tad-Danny), Vince Carabott (il-Bukku) 

    Għannejja Żeppi Ellul (iż-Żebbuġi), Żaren Ellul (ta’ fellusu), Kalċidon Vella (id-Danny) u Mario Xuereb (ta’ Gerald)

    GRUPP 3

    Kitarristi Calcidon Vella (ta’ mustaċċa), Joe Bonello (skuti), Denise Vella (Ta’ Kalċ)   

    Għannejja Manwel Ellul (il-beġiġ), Fredu Abela (iż-Żejtuni), Joe Busuttil (il-bużu) u Anthony Carl Cutajar (il-pikkolin)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0