Koppja Ġappuniża tapoloġizza talli l-mara ma mxietx mar-roster tax-xogħol u nqabdet tqila qabel “ma kien imissha”!

  • Apr 03, 2018 11:00
  • Miktub minn iNews
"

    Impjegata Ġappuniża sfat imċanfra mill-imgħallem tagħha wara li “b’mod egoist kisret ir-regoli” meta nqabdet tqila qabel ma kien imiss lilha. Dan qed ikun rapportat f’diversi midja lokali tal-Ġappun.

    Il-mara kienet impjegata f’childcare centre privat f’Aichi, fit-Tramuntana tal-pajjiż, meta skopriet li kienet tqila.

    Madankollu t-tqala tagħha jidher li ħarbtet ix-xifts hekk kif maħsubin mid-direttur taċ-childcare centre inkwistjoni, bix-xifts jindikaw meta l-impjegati nisa setgħu jiżżewġu u jkollhom it-tfal.

    Id-diżavventura ta’ din il-mara, li ma ġietx identifikata, turi l-prattika ta’ wħud mill-kumpaniji Ġappuniżi li jimponu fuq in-nisa meta għandhom jiżżewġu u jkollhom it-tfal. Jidher li dan jiddependi wkoll fuq il-pożizzjoni tal-mara fil-kumpanija.

    L-istorja tal-mara saret magħrufa wara li żewġha, ta’ 28 sena, kiteb ittra dwar dak li hija ġarrbet lil “Mainich Shmbun”, wieħed mill-ġurnali ewlenin tal-pajjiż.

    Jidher li l-koppja ltaqgħu formalment mad-direttur biex japoloġizzaw dwar it-tqala, madankollu r-raġel saħaq li martu sfat imċanfra talli kisret ir-regoli tac-childcare center.

    Fastidju lil nisa li jkunu welldu tarbija hija kwistjoni kbira fil-Ġappun, bi stħariġ tal-Gvern fl-2015 jindika li nofs in-nisa fid-dinja tax-xogħol sofrew minn xi forma ta’ fastidju wara li nqabdu tqal, b’waħda minn kull ħamsa titkeċċa minn xogħolha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0