RE/MAX Malta l-ewwel li jintroduċi teknoloġija ta’ Realtà Virtwali fis-Suq tal-Proprjetà

  • Apr 03, 2018 11:31
  • Miktub minn iNews

    RE/MAX Malta jaqleb l-industrija lokali tal-proprjetà ta’ taħt fuq billi jżid it-teknoloġija tal-VR fil-mod kif il-klijenti jaraw il-proprjetajiet…

    RE/MAX Malta qed jintroduċi teknoloġija ġdida fuq il-websajt tiegħu li se tibdel l-industrija u li permezz tagħha x-xerrejja se jkunu jistgħu jagħtu ħarsa ta’ 360 grad f’tour virtwali onlajn tal-proprjetà.

    Bħala l-ewwel kumpanija li qed tintroduċi t-teknoloġija tar-realtà virtwali fis-suq tal-proprjetà f’Malta, RE/MAX Malta jista’ joffri lil xerrejja potenzjali ta’ djar bi stampa ċara ta’ kif tidher proprjetà li tqarreb lejn ir-realtà bl-użu tat-teknoloġija, mingħajr il-bżonn li jmorru jżuruha fil-verità.

    Minkejja li jeżistu għodod simili ta’ kwalità baxxa biex wieħed ikun jista’ jara l-proprjetà onlajn, bħalissa l-ebda waħda ma toffri l-esperjenza kompletament immersiva li tipprovdi din l-aħħar teknoloġija ġdida. Bl-użu ta’ din it-teknoloġija avvanzata bħal dik użata minn Google għal Streetview, dan l-approċċ ta’ VR juri l-kuluri kif jidhru fil-verità u definizzjoni li qatt ma kien hawn bħalha f’immaġni mill-art sas-saqaf fit-tours virtwali tal-proprjetà.

    Dan jirrappreżenta investiment ewlieni għall-ġgant tal-qasam tal-proprjetà, li se jkun qed joffri l-użu ta’ dawn it-tours tal-proprjetà fil-pakketti tal-listi Esklussivi, li joffru wkoll tisbiħ u fotografija biex jikkomplementaw is-servizz.

    Il-proġett qed jitmexxa minn sid il-franchise ta’ RE/MAX Central James Busuttil, u mmaniġġjat minn Caruana Carabez Concepts, kumpanija li diġà tipprovdi fotografija, stampi 3D u servizzi ta’ tisbiħ esklussivament lil RE/MAX Malta. Il-fundatur ta’ Caruana Carabez Concepts, Fiona Caruana Carabez, ikkummentat hekk: “Kien pjaċir kbir li ħabbarna l-aħħar investiment tagħna, li verament ipoġġi lill-kumpanija tiegħi u lil RE/MAX Malta fuq quddiem nett tal-industrija.”

    Bħalissa RE/MAX qed jittestja t-teknoloġija u se jnediha permezz ta’ YouTube u Facebook fil-ġimgħat li ġejjin, qabel jintroduċiha fuq il-websajt tal-kumpanija. Il-Kap tal-Operat ta’ RE/MAX Jeff Buttigieg qal: “Din it-teknoloġija hija l-futur ta’ kif wieħed jara d-djar fl-industrija tal-proprjetà, u aħna ferħanin ħafna li aħna l-ewwel li qed indaħħluha fis-suq tal-proprjetà f’Malta. Wara li fl-aħħar skoprejna teknoloġija li taqbel mal-istandards għoljin li għandna ġewwa RE/MAX, dan se jippermettilna nkomplu nkunu fuq quddiem nett tal-industrija tal-proprjetà fuq il-gżira.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook