It-tfittxija ta' 24 sena ta' missier għal bintu li kienet sfat maħtufa fl-aħħar tħalli l-frott mixtieq

  • Apr 03, 2018 19:45
  • Miktub minn iNews

    Koppja Ċiniża ngħaqdu mill-ġdid ma’ binthom 24 sena wara li din sfat maħtufa waqt li kienet f’suq fil-belt ta’ Chengdu.

    Wang Mingqing and martu Liu Denying kienu qed jaħdmu fil-ħanut tal-frott li kellhom fis-suq, meta bintom Qifeng, li dak iż-żmien kien għad kellha biss tliet snin, għebet. Tul dawn l-24 sena l-koppja qatt ma qatgħu qalbhom li jerġgħu jingħaqdu minn ġdid ma’ binthom, ux-xewqa tagħhom eventwalment saret realtà wara tfittxij li damet għaddejja għal kważi kwart ta’ seklu.

    Wara l-għibien ta’ bintu, Wang beda jfittixha lejl u nhar, u eventwalment spiċċa jaħdem bħala xufier tat-taxis f’tama li jxerred il-kelma u jerġa’ jsib lil bintu.

    Saħansitra huwa pprintja business cards li kien iqassam lil kull persuna li kienet tagħmel servizz mit-taxi tiegħu.

    It-tfittxija persistenti tal-koppja kienet saret magħrufa sew fil-lokalità, u aktar kmieni din is-sena artist ta’ sketches tal-pulizija għenhom joħolqu ritratt ta’ kif binthom kienet tidher bħala adulta.

    Wang Qifen, li llum għandha 27 sena, trabbiet 12-il mil biss mir-residenza tal-ġenituri bijoloġiċi tagħha minn ġenituri adottivi li semmewha Kang Ying.

    It-tifla minn dejjem kienet konxja li kienet ġiet adottata, u kienet ħasbet li kienet sfat abbandunata mill-ġenituri bijoloġiċi tagħha. Iżda meta rat it-tpinġija tat-tifla maħtufa, baqgħet issummata bix-xebh tagħha lejha u ddeċidiet li tagħmel kuntatt ma’ Wang.

    Bl-għajnuna tal-pulizija lokali saru testijiet tad-DNA u ġie stabbilit li kien hemm relazzjoni ta’ missier u bint.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0