ARA: Ingann?... Jinxteħet għal tulu fl-art quddiem vettura mingħajr ebda kuntatt

  • Apr 04, 2018 18:00
  • Miktub minn iNews

    Fil-ħajja ssib minn kollox u l-persuni li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum iġorru magħhom min jaf kemm il-tip ta’ karattru varjat. 

    Iżda xi ngħidu għall-kuraġġ ta’ dan ir-raġel żagħżugħ li ddeċieda li jinxteħet fl-art f’waħda mit-toroq ta’ Nottingham waqt li deher miexi bir-rota tiegħu.

    Fl-aħħar sigħat waħda mis-sewwieqa fl-Ingilterra xerrdet dan il-filmat filwaqt li spjegat dwar kemm tħossha ffortunata li ma kinitx waħidha fil-vettura u li kienet attrezzata b’apparat li jelimina kull dubju ta’ atti qarrieqa bħalma pprova jwettaq dan iċ-ċiklist.

    Hija qiegħda xxerred dan il-filmat biex tiftaħ moħħ sewwieqa oħrajn biex ma jaqgħux f’din in-nasba ta’ persuni kriminali li lesti jissuggraw ħajjithom biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn eluf kbar ta’ ewro mill-assigurazzjonijiet.

    Fit-tieni nofs tal-filmat iċ-ċiklist jidher jirrabbja hekk kif ra il-pjan tiegħu jisfaxxa fix-xejn hekk kif is-sewwieqa qaltlu li kienet attrezzata b''dashcam'.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook