Jindifen liebes deheb li jammonta għal madwar €80,000

  • Apr 06, 2018 18:57
  • Miktub minn iNews
"

    Il-multimiljunarju Sheron Sukhedo  li nqatel b’tiri quddiem id-dar tal-ġenituri tal-mara tiegħu f’Trinidad u Tabago.

    Il-Ġimgħa li għaddiet, iż-żagħżugħ miljunarju ndifen fl-istess stil ta’ ħajja li kien imdorri jgħix, midfun ta’ sinjur.

    It-tebut tiegħu kien miksi bil-pendenti tad-deheb, hu baqa’ mlibbes id-deheb kollu li kellu b’total ta’ madwar €80,000 u par buz tad-ditta ‘Timberland’.

    Missier il-vittma kien eskortat mill-funeral permezz ta’ Bentley li tsiwa madwar €125,000.

    Il-pulizija tinsab għaddejja b’investigazzjoni b’rabta mal-qtil ta’ Sukhedo u mhux eskluż li hemm rabtiet familjari marbutin mal-imsemmi każ.

    Din mhix l-ewwel darba li l-vittma safa fil-mira ta’ persuni li kellhom interess joqtluh.

    Sentejn ilu kien sar attentat ta’ qtil, iżda jidher li Sukhedo rnexxielu jeħlisha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0