Nisa anzjani għandhom jieklu l-brokkoli, pastard u brussel sprouts biex inaqqsu r-riskju ta' puplesiji

  • Apr 07, 2018 20:30
  • Miktub minn iNews

    Nisa li jieklu brokkoli, pastard, u ‘brussel sprouts’ għandhom inqas riskju li jbatu minn puplesiji. Dan jirriżulta minn studju li għadu kemm ġie ppubblikat.

    L-istudju juri li dawk in-nisa li jieklu tlieta jew aktar porzjonijiet kuljum ta’ dawn il-ħaxix ikollhom arterji aktar b’saħħithom. Ir-riċerka saret minn grupp ta’ tobba Awstraljani, li bbażaw l-istudju tagħhom fuq l-arterji ‘carotid’, arterja ewlenija fl-għonq tal-bniedem. Jekk din tkun ta’ ċerta ħxuna, allura dan jaf itellef fil-fluss tad-demm għall-moħħ u jwassal għal riskju akbar ta’ puplesija.

    Dan l-istudju huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu li jeżamina kif ċerti ħaxix jafu jeffettwaw l-arterji tal-ġisem.

    Riċerkaturi mill-Università ta’ Western Australia, fi Crawley, qassmu mistoqsijiet relatati mal-konsum tal-ikel lil 954 mara li għandhom 70 sena u aktar. Huma mbagħad wettqu testijiet ta’ ultrasound biex ikjelu l-ħxuna tal-arterji ‘carotid’.

    L-istudju kien ippubblikat fuq il-Ġurnal tal-Assoċjazzjoni Amerikana għall-Qalb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook