Il-Mediterran… studji juru impatt kbir minn ilma li daħal fih

  • Apr 08, 2018 19:52
  • Miktub minn iNews
"

    Fi studju li għadu kif ġie pubblikat ġiet rappurtat evidenza ġdida dwar il-baħar Mediterran, liema evidenza qed tissuġġerixxi li 5.33 milun sena ilu kienu seħħew għargħar kbar li prattikament wasslu biex il-baħar Mediterran imtela’ bl-ilma. 

    L-istuju qed juri li fiż-żmien li dwaru sar l-istħarriġ, il-baħar Mediterran kien qed jesperjenza dik li kienet tissejjaħ ‘Messinian Salinity Crisis’, fejn żoni kbar fl-istess baħar kienu nixfu.   Dan kien iwassal li kien hemm ħafna aktar art fl-Afrika ta’ Fuq u fin-Nofsinhar tal-Ewropa.

    Ġara li l-baħar mill-Oċean Atlantiku qabeż l-Istrett ta’ Ġibiltà li sa dak iż-żmien dan kien magħluq kompletament. Skont l-istudju l-ilma baħar kien qed jogħla madwar 30 pied fis-sena b’veloċità ta’ 100 mil fis-siegħa.  Ir-riċerkaturi eżaminaw il-qiegħ tal-baħar f’madwar 90 metru fond bejn Sqallija u Malta. Mill-istudju ħareġ l-impatt vjolenti li kien għamel l-ilma li daħal fil-Mediterran. 

    L-istudju sar minn Aaron Micallef, ġeoloġist marittimu fl-Università ta’ Malta u diversi riċerkaturi oħra. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0