Inglot Cosmetics b'kollaborazzjoni ma' Jennifer Lopez … Il-kollezzjoni se tiġi mnedija fix-xahar li ġej

  • Apr 09, 2018 00:51
  • Miktub minn iNews

    Wara għexieren ta’ snin isservi bħala sors ta’ ispirazzjoni għall-industrija tal-kożmetika u ispirazzjoni ta’ sbuħija għal numru ta’ nies madwar id-dinja, Jennifer Lopez issa qiegħda tagħmel pass wara l-kwinti, u qiegħda tiddebutta kollezzjoni limitata bi sħubija mal-kumpanija globali Inglot Cosmetics. Din il-linja ta’ kulur sejra tiġi introdotta għall-ewwel darba fis-26 ta’ April, u sejra taqsam il-viżjoni komuni ta’ kemm Jennifer kif ukoll Inglot favur femminilità b’saħħitha, u toffri lin-nisa metodi differenti ta’ kif jistgħu jesprimu lilu nnifshom. Issa, kulħadd jista’ jkollu “J Lo Glow.”

    “Din il-kollezzjoni li ħloqna flimkien mal-Inglot hija mimlija bi prodotti preferuti tiegħi, fil-kuluri favoriti tiegħi. Għandna kollox: mascara, lipsticks, eyelashes, blush, eye shadow, u anke bronzers” tenniet Lopez. 

    “Li naħseb li huwa uniku u eċċitanti ħafna huwa l-Freedom System Palette - li tħallik tikkrea l-palette personalizzata tiegħek bil-kuluri u prodotti speċifiċi li jkollok bżonn. Issa, m’għandekx bżonn tixtri l-kit b’ħames kuluri differenti biex tuża dak il-kulur wieħed li tkun verament tixtieq!” 

    Jennifer ħadmet viċin ħafna mal-kumpanija INGLOT fuq kull element fil-kollezzjoni, inklużi l-varjetà tas-shades offruti, il-kampanja tar-riklami, l-ippakkjar u anke l-ismijiet tal-prodott, li ġew ispirati mid-diski tagħha, bħal “Boogie Down Bronze” u “Living’ The Highlight.”

    Bħala omm u ċelebrità internazzjonali li qiegħda tieħu sehem f’numru kbar ta’ proġetti, Jennifer ikkreat din il-linja speċifikament għal nisa bħalha, li huma l-ħin kollu għaddejjin minn ħaġa għal oħra.

    Il-kollezzjoni ta’ prodotti qiegħda tħalli lin-nisa jkollhom / jikkreaw dehra unika tagħhom, kemm għal matul il-ġurnata kif ukoll għal matul il-lejl, ispirati mill-istili emblematiċi ta’ Jennifer.

    “Ma stajniex insaqsu li nissiebħu ma’ xi ħadd aħjar minn Jennifer. Hija verament viżjonarja tas-sbuħija,” tenna Grzegorz Inglot, il-Viċi Presidenti ta’ Inglot responsabbli mill-kumpanija fl-Istati Uniti. 

    “Apparti l-istil kbir li għandha, Jennifer hija wkoll espert tas-sbuħija minnha nnifisha. Wara numru ta’ snin taħdem mal-aqwa nies fl-industrija, għandha għarfien uniku fuq xi jridu n-nisa, kif ukoll fuq x’inhu neċessarju biex tipproduċi dak il-lewn sabiħ li Jennifer famuża għaliha.”

    Din il-kollezzjoni ta’ 70 prodott, tinkludi powders, lipsticks, shadows, eyelashes u palettes kożmetiċi. Dawn il-kuluri f’din il-kollezzjoni ġew maħluqa u magħżula minn Jennifer innifisha. L-istilla ta’ din il-kollezzjoni hija l-Freedom System, li tħalli l-konsumaturi li tikkrea paletes uniċi b’madwar 300,000 possibilità differenti. Dawn il-prodotti għandhom firxa wiesgħa ħafna.

    “Hu ta’ unur kbir għal Inglot li tissieħeb ma’ waħda mill-akbar stilel ta’ kull żmien. Jennifer Lopez mhux biss hi idolu għal ħafna nisa imma hi wkoll sors ta’ ispirazzjoni għal għadd ta’ nisa li jħobbu l-moda u l-aħħar xejriet fil-moda,” qalet Rachel Vella, Direttur ta’ ROCS Group, li għandhom il-franchise ta’ Inglot f’Malta, il-Libja u l-Jemen. 

    Inglot twaqqfet fil-Polonja fis-sena 1983. Illum Inglot Cosmetics huma manifatturi ewlenin fil-kożmetika. Lil Inglot issibhom fl-isfilati tal-moda li saru fi New York, Pariġi, Milan, Londra u postijiet oħra. Il-brand għandha wkoll xejn inqas minn 755 stabbiliment fi 80 pajjiż fosthom erba’ f’Malta u erba’ fil-Libja. 

    Għal aktar informazzjoni dwar il-ħwienet ta’ Inglot f’Malta, li ssibhom fil-Mosta, Tas-Sliema, The Point u l-Belt Valletta wieħed jista’ jżur is-sit www.inglotmalta.com jew jibgħat imejl fuq manager@inglotmalta.com jew iċempel fuq 20151818.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook