L-Imqabbin jibku t-telfa ta' Carmel Zahra

  • Apr 12, 2018 13:20
  • Miktub minn iNews
"

    Tħabbret il-mewt ta' Carmel Zahra, ex. President u President onorarju tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba. Zahra serva bħala President ta’ din is-Soċjetà għal 27 sena sħaħ bejn l-1990 u l-2017.  

    Hu li twieled nhar it-26 ta' Ottubru 1948 u ta' kontribut kbir lejn is-Soċjetà Santa Marija permezz tal-ħidma tiegħu fil-qasam pirotekniku u wara fil-Kumitat Eżekuttiv bħala President.  Apparti dan, Zahra dejjem kien lest li jgħati kull sapport lil kull fergħa fi ħdan l-istess Soċjetà.

    Fl- 2010, is- Carmel Zahra ġie mogħti l-unur Ġieħ l-Imqabba mill-Kunsill Lokali tal-istess raħal għad-dedikazzjoni u s-sehem volontarju u attiv tiegħu b’risq il-festi fir-raħal. 

    Żgur li tmexxija eżistenti tas-Socjeta’ Santa Marija kif ukoll il-ġenerazzjonijiet futuri ser jibqgħu jagħtu ġieħ lil dan l-ex. President, li l-prinċipji u l-umiltà għalih dejjem ġew l-ewwel u qabel kollox.

    Il-funeral ser isir nhar il-Ġimgħa, 13 ta' April bil-quddiesa tibda fit-3:30pm fil-Knisja Parrokjali tal-Imqabba u wara ser jinżam il-korteo bis-sehem tal-Banda Re Ġorġ V.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0