Ħaddiema ta’ BNF Bank juru l-ġenerożità tagħhom

  • Apr 13, 2018 13:31
  • Miktub minn iNews

    ‘Casual Fridays’, inizjattiva ta’ kull xahar f’BNF Bank, kompliet tagħti l-frott tagħha lil bosta benefiċjarji kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.  Il-ġabriet li saru matul is-sena li għaddiet, ammontaw għal aktar minn €5,000. 

    Ta’ kull sena, il-ħaddiema kollha jiġu mitluba jinnominaw benefiċjarji sabiex bħala Bank, jinġabru u jiġu mogħtija d-donazzjonijiet fl-aħħar Ġimgħa ta’ kull xahar.  Foodbank, Right2Smile, EuropaDonna, Mater Dei Hospital Children’s Wards u s-Sorijiet Orsolini kienu fost il-ħafna organizazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-inizjattiva. 

    “Casual Fridays mhux biss opportunita` għall-impjegati tagħna biex jirrapurtaw għax-xogħol b’ilbies inqas formali mis-soltu, iżda wkoll biex ikollna sehem iktar attiv lejn is-soċjetà bid-donazzjonijiet tagħna li għalkemm żgħar, jistgħu jkunu ta’ differenza għal min għandu bżonn.” Hekk qalet Alison Grech, il-Koordinatriċi tar-Riżorsi Umani ta’ BNF Bank. “Kull sena l-Bank jipprova jsib modi ġodda biex jinvolvi ruħu fis-soċjetà, mhux biss permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji imma wkoll permezz tal-ħin tagħna.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0