92% ta’ Malta hija Kattolika iżda madwar 40% jattendu l-Quddies tal-Ħadd regolari

  • Apr 13, 2018 14:40
  • Miktub minn iNews
"

    Studju kkummissjonat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta juri li 92% huma Kattoliċi. Minn dawn 74% jgħidu li jmorru l-Quddies tal-inqas darba fix-xahar.

    Fost dawk li ma jattendux il-quddies kien hemm min qal li ma jaqbilx mat-tagħlim tal-Knisja jew li ma jsibx ħin biex jattendi l-quddies. Fost dawk li qalu li huma Kattoliċi, 75% qalu li jitolbu kuljum.

    Din ir-riċerka turi ukoll li 40% jattendu l-Quddies tal-Ħadd. Dan ġie kkonfermat mill-aħħar ċensiment li sar bejn it-2 u t-3 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, fejn l-attendenza għall-Quddies kien ta’ 38%.

    Din ir-riċerka saret għall-ewwel darba b’metodi differenti, ċensiment kif ukoll stħarriġ, bil-għan li l-Knisja jkollha stampa iktar ċara ta’ fejn mixja is-soċjetà Maltija.

    Iċ-ċensiment tal-attendenza tal-quddies tal-Ħadd sar mid-Discern, istitut tal-Knisja għar-riċerka, permezz ta’ formola li mtliet minn kull min attenda l-quddies. Dan sar f’total ta’ 987 quddies li jsiru f’Malta kull nhar ta’ Sibt u Ħadd, f’329 postijiet bejn knejjes, kappelli u postijiet oħra ta’ talb. 

    L-attendenza kienet ta’ kważi 122,000, jiġifieri 38%. Dan ifisser medja ta’ 123 persuna għal kull quddiesa. Iċ-ċensiment ma jinkludix l-attendenza ta’ dawk l-imgħammdin li għandhom inqas minn seba’ snin u ta’ dawk li minħabba mard jew kura fl-isptarjiet ma jistgħux imorru l-Knisja.

    L-istħarriġ sar bit-telefon, permess tal-Misco International. Huma ħadu kampjun ta’ elf ruħ wara ċ-ċensiment. Dan l-istħarriġ kien intenzjonat sabiex il-Knisja tisma’ lil kulħadd inkluż lil dawk li ma jmorrux quddies.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0