“Nagħmlu s-settur tal-gaming future-proof”

  • Apr 13, 2018 15:03
  • Miktub minn iNews

    Imressaq abboz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob

    Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri watt li fisser kif permezz ta’ din il-liġi “se nkomplu nagħmlu s-settur tal-gaming, li għandu importanza kbira għall-ekonomija ta’ pajjiżna, future-proof, li mhux biss ikun lest għall-futur, iżda li jkun hu stess li jħaddan il-futur grazzi għal teknoloġiji ġodda bħal blockchain li fihom Malta qed tkun pijuniera globali.”

    Dan qalu fid-dawl wara li ġie mressaq quddiem il-Parlament l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-liġijiet li jirregolaw is-settur tal-logħob mis-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri.

    L-għan prinċipali ta’ din il-liġi huwa li jitneħħew burokraziji żejda li sa ftit taż-żmien ilu kienu mhux biss ta’ xkiel għall-operaturi iżda anke għall-Awtorità stess. Issa l-Awtorità se tkun tista’ tiffoka aktar l-attenzjoni tagħha fejn ikun hemm il-ħtieġa, inkluż li tiżgura li l-operaturi jkunu konformi mal-obbligi legali tagħhom b’applikazzjoni ta’ metodu ta’ evalwazzjoni bbażat fuq ir-riskji, fejn l-Awtorità tkun tista tintervjeni b’mod proporzjonat fejn ikun hemm il-ħtieġa. 

    B’hekk jissaħħaħ ir-regolatur sabiex jintlaħqu l-miri regolatorji. F’dan id-dawl ser ikun qed jitwessa’ wkoll l-iskop regolatorju sabiex tkun tista’ ssir aktar komprensiva s-sorveljanza mill-Awtorità Maltija għal-Logħob fuq is-settur.

    Dan il-qafas ġdid legali se jkun qed jissimplifika l-liġijiet eżistenti billi jinġabar kollox taħt liġi waħda, u jimmodernizza s-sistema regolatorja biex b’hekk l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob tkun imħejjija għall-futur, fid-dawl tad-dinamiżmu tas-settur tal-gaming.

    Għaldaqstant, permezz tal-liġi ġdida, se jkun hemm tibdil fil-mod ta’ kif jinħarġu l-liċenzji, u se jkunu msaħħa aktar l-issorveljar u sussegwentament l-infurzar. Se jkun hemm protezzjoni akbar għall-ġugaturi u persuni vulnerabbli, u l-liġi se tkun flessibbli sabiex jiġu introdotti f’ambjent regolat teknoloġiji innovattivi, sabiex dan is-settur ikompli jikber b’mod sostenibbli.

    Silvio Schembri sostna li l-ħidma li qed issir permezz ta’ din il-liġi l-ġdida se tkun qed tiggarantixxi aktar impjiegi għall-familji Maltin u Għawdxin billi se tiżdied aktar is-serjetà li twassal għal tisħih tar-reputazzjoni serja li diġà ngawdu minnha bħala pajjiż.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0