Sħana u riħ qawwi matul dan tmiem il-ġimgħa

  • Apr 13, 2018 16:45
  • Miktub minn iNews

    Il-bassara tat-temp indipendenti FirstMalta, qed jgħidu li ċiklun li se jkun qed jolqot it-Tramuntana tal-Afrika se jwassal riħ qawwi u ramel sal-gżejjer Maltin.

    Mistennija li s-sħana tiżdied fi tmiem il-ġimgħa, iżda wkoll it-temp se jidher imdaħħan, kawża tal-fatt li ċ-ċiklun se jkun pożizzjonat fuq it-Tuniżija u se jaffetwana bit-tarf tiegħu. Dan se jwassal sabeix riħ qawwi jaħraq, li se jkun qed joriġina fuq id-deżert, iwassal fuqna ammont ta’ ramel fin u abra fl-arja. 

    Il-livelli ta’ ramel fl-arja se jkun pjuttost elevat matul il-ġurnata tas-Sibt fuq iċ-ċentru tal-Mediterran u wkoll fuq il-gżejjer Maltin. Il-livelli tat-trab mistennija jilħqu saħansitra sal-Ewropa ċentrali.

    Dan l-effett mistenni jilħaqna mil-lejla tard bil-lejl, hekk kif nistennew li r-riħ jibda’ jitqawwa minn wara nofs il-lejl u jdum sa għada s-Sibt wara nofsinhar. Ir-riħ mistenni jilħaqna mill-Grieg il-Lvant b’qawwa li tilħaq Forza 7 f’xi ħin u b’buffuri tar-riħ li jmissu l-Forza 8.

    Filwaqt li kawża ta’ din l-istess sistema li qegħda pożizzjonata fuq it-Tramuntana tal-Afrika mistennija wkoll li ftit xita ħafifa, li iżda ħa tkun tal-ħamrija, se tilħaq fuq il-gżejjer Maltin fil-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd. Il-livell ta’ xita mistenni jkun baxx u f’forma ta’ rxiex.

    L-għola temperaturi mistennija jmissu l-21C.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0