inewsmalta.com



GasanMamo jappoġġa kunċerti mużikali bħala għajnuna għad-Dar tal-Providenza

  • Apr 13, 2018 17:23
  • Miktub minn iNews

    GasanMamo Insurance dan l-aħħar appoġġat l-organizzazzjoni ta' żewġ kunċerti mużikali differenti li saru f'Marzu, fil-Belt Valletta u fl-Imdina rispettivament. L-ewwel kunċert, li sar fil-Konkatidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta, kien rappreżentazzjoni eċċezzjonali tal- Messa da Requiem mis-St. Paul Chamber Ensemble. It-tieni kunċert La Passione di Cristo, kien ippreżentat mill-Banda tal-Pulizija ta' Malta u ttella’ fil-Katidral Metropolitan ta' San Pawl fl-Imdina.

    Il-Messa da Requiem saret nhar il-Ġimgħa, 16 ta' Marzu u hija l-aħħar xogħol orkestrali miktub minn HE Chev Mro Mark Agius, wieħed mill-mużiċisti u kompożituri ta’ talent riċenti Malti.  Il-kunċert ittella’ b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann, taħt il-patroċinju distint tal-Arċisqof Emeritus Mons. Pawl Cremona. Mexxa l-orkestra l-vjolinista żagħżugħ bravu Eric Bugeja.

    La Passione di Cristo ġiet imwettqa mill-Banda tal-Pulizija ta' Malta nhar is-Sibt, 24 ta' Marzu taħt id-direzzjoni tas-Supretendent Mro, Anthony Cassar. Il-kunċert sagru, kien jinkludi riflessjonijiet konnessi mal-Ġimgħa Mqaddsa, u ttella’ taħt il-patroċinju distint tal-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca. Matul dan il-kunċert kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni tal-Amadeus Chamber Choir, il-Banda tal-Pulizija ta' Malta, mużiċisti mistiedna flimkien mas-soprano Ruth Sammut Casingena, it-tenur Brian Cefai, l-organist Chris Rolè u l-arpista Esmeralda Galea Camilleri. Dan il-kunċert kien organizzat bħala għajnuna għad-Dar tal-Providenza.

    "Aħna onorati li nappoġġaw dawn it-tip ta’ rappreżentazzjonijiet mużikali f'Malta u l-impenn tagħna jibqa' l-istess, li noffru l-għajnuna tagħna biex niżguraw li jintlaħaq livell ta' mużika eċċellenti bl-aħjar parteċipanti. Barra minn hekk, huwa importanti li wieħed jinnota li permezz ta' dan it-tip ta' appoġġ, il-kumpanija tagħna qed tgħin ukoll lill-entitajiet lokali, bħal mhi d-Dar tal-Providenza, li kontinwament jaħdmu b’impenn kbir għall-komunità lokali u jgħinu lil dawk fil-bżonn " qal id-Direttur Maniġerjali ta' GasanMamo Insurance, Julian Mamo.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook