“Kont qisek anġlu… dejjem lesta tgħin lil ħaddieħor” … Ħabiba ta’ Elisaveta Avdala li tilfet ħajjitha traġikament traġikament fl-inċident fiż-Żurrieq

  • Apr 13, 2018 17:21
  • Miktub minn iNews

    Waqt li kompliet ħierġa l-informazzjoni dwar l-identità tal-vittmi li kienu passiġġiera fuq id-double decker li kienet involuta fl-inċident fiż-Żurrieq aktar kmieni din il-ġimgħa, issa sar magħruf li l-Ispanjola ta’ 37 sena li tilfet ħajjitha traġikament f’dan l-inċident hi Elisaveta Avdala. F’dan l-inċident tilef ħajtu wkoll Koen De Vrieze, Belġjan li kellu 62 sena. 

    Kienu bosta l-ħbieb li fuq il-midja soċjali esprimew id-dieqa tagħhom għat-telfa ta’ Avdala, fosthom Nuria Judez.

    Fuq Facebook Judez kitbet hekk: “Smajt b’dak li ġara ftit ilu u ninsab ixxokjata. Avdala tlaqt kmieni wisq. Minkejja li ma tantx konna niltaqgħu, konna nitkellmu kważi dejjem flimkien. Inti kont qisek anġlu, dejjem lesta biex tgħin lil ħaddieħor bil-pariri siewja tiegħek. Ninsab ċerta li mill-ġenna fejn tinsab, se tkun qed tipproteġina. Jiena se nitlob għalik u se nibqa’ niftakar dejjem fik. Se nimmisjak ħafna.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook