Tmut il-mara li rnexxielha ssalva bosta ljunfanti permezz ta' formula ta' ħalib

  • Apr 14, 2018 09:34
  • Miktub minn iNews

    Il-konservazzjonista tal-iljunfanti Kenjana Daphne Sheldrick mietet fl-età ta’ 83 sena wara li tilfet il-ġlieda tagħha kontra l-marda tal-kanċer.

    Hija għenet biex issalva l-ħajja ta’ 230 iljunfant wara li rnexxielha tiżviluppa formula ta’ ħalib u tisqi diversi frieħ li għal xi raġuni jkunu spiċċaw abbandunati.

    Sheldrick għexet qrib dawn l-annimali u rnexxielha titgħallem taqra fil-qlub tagħhom. 

    Hija twieldet u għexet fil-Kenja u fl-ewwel snin tal-karriera tagħha ħadmet flimkien ma’ żewġha David, ir-raġel li waqqaf l-akbar Park Nazzjonali (Tsavo East).

    Wara l-mewt ta’ żewġha fl-1977, hija waqqfet assoċjazzjoni oħra msemmija għall-istess żewġha u din kienet maħsuba biex issalva u tgħin iljunfanti orfni sakemm ikunu jistgħu jerġgħu jintegraw fis-selvaġġ.

    Hija għamlet 28 sena tesperimenta sakemm irnexxielha tiżviluppa din il-formula li biha tista żżoqq il-frieħ tal-iljunfanti.

    Hija wissiet dwar estinzjoni ta’ razez ta’ iljunfanti li jistgħu jiġu estinti sal-2025 jekk il-bniedem jibqa’ jikkaċċja għalihom.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook