L-Istati Uniti, Franza u r-Renju Unit jingħaqdu kontra l-brutalità fis-Sirja

  • Apr 14, 2018 10:53
  • Miktub minn iNews
"

    Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u Franza attakkaw diversi miri tal-Gvern Sirjan f’operazzjoni immirata f’siti fejn jinżammu l-armi kimiċi. L-attakk qiegħed jiġi deskritt bħala ritaljazzjoni għal dak li qiegħed ikun suspettat li kien attakk kimiku fil-belt ta’ Douma l-ġimgħa li għaddiet.

    Ħabbar dan l-attakk il-President tal-Istati Uniti Donald Trump f’indirizz li għamel lin-nazzjon wara li  splużjonijiet ġew irrappurtati qrib il-belt kapitali Sirjana, Damasku.

    L-ambaxxatur Russu għall-Istati Uniti wieġeb billi qal li l-attakk mhux se jitħalla mingħajr konsegwenzi. Trump żied jgħid li din l-alleanza bejn il-pajjiżi użat il-qawwa tagħha kontra atti barbari u brutali. Qal ukoll li l-azzjonijiet tagħhom seħħew biex jistabilixxu deterrent kontra l-produzzjoni, tifrix u l-użu ta’ armi kimiċi.

    Skont il-midja tal-istat Sirjan kien irrapurtat li ndarbu tliet ċittadini f’Homs u li saret ħsara fil-faċilità tar-riċerka f’Damsku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0