L-għibien tal-‘Beaumont Children' jibqa’ misteru

  • Apr 14, 2018 15:04
  • Miktub minn iNews
"

    Għaddew aktar minn 52 sena mindu Adelaide u l-Awstralja b’mod inġenerali kienu maħsudin bl-għibien ta’ tlett aħwa.  Il-każ hu magħruf bħala ‘Beaumont Children’. Jinvolvi lil Jane Natare li kellha 9 snin, lil Arnna Kathleen li kellha seba ’ snin u lil Grant Ellis li kellu erba’ snin. Huma għebu fis-26 ta’ Jannar tas-sena 1966 minn Glenelg Beach qrib Adelaide f’South Australia.   Kien każ li attira lejh l-attenzjoni tal-midja kemm l-Awstralja u anke minn diversi pajjiżi.  Is-suspettati għal dan l-għibien kienu diversi u t-teoriji ma naqsux.  Kien inħareġ rigal ta’ $1 miljun għal min joffri informazzjoni lill-Gvern Awstraljan dwar dan l-għibien.  Il-każ tista’ tgħid li kien strumentali biex bdiet tinbidel il-ħajja tal-Awstralja u dan għax qamet kuxjenza kbira fost il-ġenituri dwar il-perikli li jeżistu għat-tfal jekk jitħallew f’postijiet pubbliċi waħedhom.

    Kif seħħ il-każ?

    It-tlett aħwa kienu jgħixu mal-ġenituri tagħhom, Jim Beaumont, li kien serva mal-armata u ommhom Nancy.  Huma kienu jgħixu f’Somerton Park, li hu subborg ta’ Adelaide u mhux bogħod wisq minn Glenelg Beach.  Dakinhar li għebu, it-tfal kienu qabu l-karozza tal-linja  fi vjaġġ li ma kellux idum aktar minn ħames minuti.  Din kienet xi ħaġa li huma kienu jagħmluha spiss. Jane, li kienet il-kbira kienet meqjusa bħala li kienet responsabbli biżżejjed biex tieħu ħsieb lil ħutha. Quddiem il-kundizzjonijiet dak iż-żmien, il-ġenituri tagħhom ma kienux jitħassbu li jmorru waħidhom. Huma kellhom jirritornaw lejn id-dar billi jaqbu l-karozza tal-linja ta’ nofsinhar jew dik tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.  Ommhom bdiet titħasseb meta żewġha rritorna fit-3.00 ta’ wara nofsinhar u huma kienu għadhom ma ġewx.  Hu saq lejn ix-xatt bl-għan li jsibhom.  Dar diversi toroq, u anke fi djar ta’ ħbieb iżda kien kollu għal xejn. Fil-5.00 ta’ wara nofsinhar mar fl-Għassa tal-Pulizija u rrapporta l-għibien.

    Il-Pulizija bdew jinvestiaw immedjatament. Għall-bidu l-ipotesi kienet li t-tfal setgħu tilfu it-triq. Filfatt fittxewhom f’diversi toroq u anke fl-għoljiet u trejqiet fil-kampanja. Fi żmien 24 mindu għebu, l-Awstralja kienet mixgħula b’dan il-każ. Wara tlett ijiem, il-ġurnali bdew jirrappurtaw kif kien hemm il-biża li dan kien ħtif ta’ tfal marbut mas-sess. It-tfal kienu qed iġorru basktijiet magħhom b’diversi affarijiet. MInn dawn ma instab xejn.

    Diversi persuni jgħidu li raw lit-tfal

    Matul l-investigazzjonijiet tal-Pulizija kien hemm diversi persuni li qalu li kienu raw lit-tfal.  Kien hemm min qal li rahom f’Colley Reserve ħdejn ix-xatt fil-kumpanija ta’ raġel twil bjond. Skont dawn ix-xhieda it-tfal kienu qed jilagħbu ma’ dan ir-raġel. Jidher li r-raġel mar ibiddel u t-tfal baqgħu jistennewh sakemm imbagħad imxew flimkien u telqu. 

    Il-ġenituri tat-tfal iddeskrivew lil Jane bħala ‘mistħija’. Għalihom li uliedhom jibdew jilagħbu ma’ stranġier, rawha li ma tantx kienet possibbli.  L-investigaturi bdew jaħsbu li t-tfal setgħu iltaqgħu ma’ dan ir-raġel xi żmien qabel u huma bdew jafdawh.  Din jidher li kienet konfermata fl-investigazzjoni, meta it-tifla l-fustanija, Anna bdiet tgħid lil ommha li Jane kellha ‘boyfriend’ li jkun ix-xatt. L-omm ma’ tatx każ sakemm seħħ l-għibien.

    Kien hemm xhud iehor li qal tfalkienu xtraw xi pasti u tort tal-laħam minn Wenzel Bakery. Dan kien konferma oħra għall-investigaturi li t-tfal setgħu kienu fil-kumpanija ta’ xi adult.  Ix-xhud kien jaf lit-tfal sew u fi kliemu stess qatt qabel ma kienu xtraw torti tal-laħam. Jidher ukoll li ommhom ma’ tathomx dawk l-ammonti ta’ flus. Hi kkonfermat li kienet tathom sitt xelini.

    Kien hemm xhieda oħra fosthom pustier li kien qal li ra lit-tfal mexjin lejn id-dar.  Kien hemm ukoll mara li wara diversi xhur li għebu marret għand il-Pulizija u qaletli kien hemm dar li hi kien jidhrilha li kienet abbandunata u li hemm hekk hi rat lit-tlett itfal flimkien ma’ raġel. Qalet li f’xi ħin rat lit-tifel jimxi waħda iżda wara ir-raġel mar għalih. Spjegat li l-għada id-dar reġgħet kienet vojta. 

    Il-każ jiġbed l-attenzjoni internazzjonali

    Il-każ kien attira lejh l-attenzjoni internazzjonali. Fit-8 ta’ Novembru Gerard Croiset, li kien parapsychologist mill-Olanda ittieħed fl-Awstralja. It-tiftix tiegħu għat-tfal ma kellux suċċess. Hu beda jibdel il-verżjonijiet minn ġurnata għall-oħra.  Hu kien identifika sit f’maħżen, qrib id-dar fejn kienu jgħixu it-tfal fejn hu kien qal li jemmen li hemm it-tfal midfunin.  Meta għebu it-tfal, dan il-post kien għadu qed jinbena. Hu kien qal li jemmen li t-tfal kienu indifnu fil-konkrit.   Is-sidien ma’ tantx niżlitilhom tajjeb din il-ħaġa u xejn ma kellhom ħeġġa biex iħaffru. Finalment ċedew għal pressjoni pubblika.   Minkejja it-tfittxijiet li saru ma instab xejn. Fis-sena 1996, dan il-bini kienet se jitwaqqa’ . Is-sidien kienu aċċettaw li terġa’ ssir tfittxija imma ma nstabu ebda fdalijiet tat-tfal.

    Il-ġenituri jirċievu ittri dwar il-każ

    Kif għaddew sentejn mill-għibien, il-ġenituri tat-tfal  irċevew ittra li kien qed jingħad li inkitbet minn binthom Jane. Irċevew ittra oħra li kienet tgħid li inkitbet minn raġel li qal li qed iżomm lit-tfal.  Il-Pulizija eżaminaw l-ittri u bdew jimxu fuq l-ipotesi li l-kitba kienet taqbel ma’ dik ta’ Jane. Fl-ittra tiegħu, ir-raġel qal li hu kien appunta lilu nnifsu gwardjan tat-tfal. Kien qalilhom li lest jgħaddilhom it-tfal u anke ippropona post fejn jiltaqgħu.

    Il-ġenituri flimkien ma’ investigatur saqu lejn dan il-post. Stennejn għal ħin twil iżda ħadd ma tfaċċa.  Jgħaddi ftit żmien u jirċievu it-tielet ittra. Jgħidilhom li induna li ħadu investigatur. Kien qal li ħass li l-fiduċja fih ġiet traduta u kien kite b li se jżomm it-tfal.   Fis-sena 1992 saru eżamijiet forensiċi mill-ġdid fuq dan l-ittri. Instab li dawn kienu foloz. L-awtur tagħhom kien identifikat bħala raġel ta’ 41 sena. Hu kien qal li kiteb l-ittri bħala ċajta.

    Diversi suspettati… ħafna truf imma ma wasslu imkien

    Il-Pulzija kellha diversi suspetti dwar min seta’ kien imdaħħal f’dan il-każ. Fost dawn kien hemm Bevan Spencer von Einem u anke James Ryan O’Neill, li f’dokumentarju li kien sar ġew ippuntati s-swaba lejn James Ryan O’Neill.

    Illum il-ġenituri ta’ dawn it-tfal qabżu id-disgħin sena. Ġenituri li għamlu aktar minn nofs ħajjithom ma jafux x’ġara minn uliedhon. Kien hemm żmien meta imtlew bit-tama li se jinstabu imma imbagħad kollox tar mar-riħ.  Quddiem każ bħal dan ma tistax ma tippruvax timmaġina xi tbatija għaddew minnhom dawn il-ġenituri, li f’temp ta’ nofs ta’ nhar uliedhom sparixxew.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0