Pep Guardiola jippreferi jilgħab il-golf milli jara lil Manchester United

  • Apr 15, 2018 00:58
  • Miktub minn iNews

    Il-coach ta' Manchester City, Pep Guadriola, qal li jippreferi jilgħab il-golf milli jsegwi l-partita ta' Manchester United kontra West Brom, minkejja li jaf li t-team tiegħu jista' jirbaħ it-titlu tal-Premier League illum stess.

    City għelbu lil Tottenham 3-1 nhar is-Sibt u jistgħu jiġu nkurunati champions jekk il-United jitilfu f'Old Trafford kontra West Brom.

    "Naħseb li l-United ser jirbħu. Ir-rebħ tal-kampjonat jiddependi fuqna. L-aktar ħaġa mportanti huwa li jkollna ċ-ċans li nirbħu fl-Etihad Stadium.  Inkun tassew kuntent li jkollna ċans nirbħu titlu quddiem il-partitarji tagħna," qal Guardiola.

    City jinsabu 16-il punt fuq United u fadlilhom sitt partiti x'jilagħbu, filwaqt li l-United ħames logħbiet. 

    City naqsu li jżommu żewġ goals vantaġġ, fejn tilfu fid-derby ta' Manchester bl-iskor ta' 3-2, fejn rebħa kienet tfisser ir-rebħ tat-titlu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook