“Sejħa biex il-kawża tat-traġedja tkun magħrufa malajr” … it-tfal korruti se jibgħu fi trawma

  • Apr 15, 2018 08:51
  • Miktub minn iNews

    Infermiera rrakkontaw xeni ta’ qsim il-qalb li esperjenzaw fit-Taqsima tal-Kura Intensiva wara it-traġedja li seħħet fiż-Żurrieq, b’infermiera tiddeskrivilna dak li rat bħala li “qatt ma espejenzajt familji f’dulur bħal dak li rajt din il-ġimgħa”. Issa qed isir magħruf li kumpanija legali speċjalizzata f’dawn it-tip ta’ inċident qed tagħmel sejħa biex ir-raġunijiet li wasslu għal din it-traġedja ikunu magħruf malajr kemm jista’ jkun.  L-avukati speċjalizzati li għamlu din is-sejħa huma mill-kumpanija legali magħrufa internazzonalment, Irwin Mitchell. 

    Filfatt huma talbu biex ikun hemm risposta immedjata fuq x’wassal għat-traġedja li ħalliet turista Spanjola u turist Belġjan fiż-Żurrieq. Dan flimkien ma’ għadd ta’ feruti fosthom żewġ itfal Brittaniċi. 

    Daniel Mathcett mill-kumpanija Irwin Mitchell, li hu speċjalizzat fuq korrimenti f’inċidenti waqt vaganzi, iddikara li “l-inċident li seħħ f’Malta hu wieħed ta’ tħassib.  Hu importanti li jittieħdu id-deċiżjonijiet it-tajbin u li dawn jittieħdu malajr. Dan biex ikun żgurat li jkunu stabbiliti l-fatti għaliex seħħet dik il-ħabta fatali. Din hi xi ħaġa importanti għax permezz ta’ hekk ikunu jistgħu jittieħdu miżuri ġodda biex inċidenti simili ma jerġgħux jirrepetu ruħhom”.

    Jenfasizza li “fl-esperjenza tagħna, aħna rajna traġedji simili. Dawn ikunu seħħew minħabba diversi raġunijiet fosthom minħabba ir-rotot li jjkunu qed jgħaddu minnhom, żbalji minn naħa tax-xufiera jew anke ħsarat fl-istess karozzi li jkunu qed iġorru lit-turisti.  Hu kruċjali li l-kawża tkun stabbilita malajr kemm jista’ jkun biex jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti oħra fil-futur.  Hu importanti ukoll li dawk involuti jingħataw għajnuna speċjalizzata u appoġġ biex joħroġu minn din it-trawma.”

    Ta’ min jgħid li t-tim f’Irwin Mitchell riċentament għadhom kif irnexxielhom jirbħu każ ta’ danni fejn turista kienet weġgħet widnejha waqt li kienet fuq vjaġġ simili.  Il-kumpens huma rebħuħ  lil kumpanija li kienet qed tmexxi s-servizz tal-eskursjoni għat-turisti, Golden Tours.  

    Trawma kbira għat-tfal li weġgħu

    Intant tkellimna wkoll mat-terapista tal-familja, Charles Azzopardi dwar iż-żewġ itfal Brittaniċi li għadhom f’kundizzjoni kritika fl-Isptar Mater Dei . Hu tkellem magħna dwar l-effett ta’ din it-traġedja fuq dawn it-tfal u qalilna li “ovvjament mhux kulħadd taffettwah bl-istess mod. Imma żgur li din it-traġedja se taffettwa lil dawn it-tfal. Il-mod kif jiġu affettwati toħroġ f’imġieba meta jkunu żgħar.  Qed nitkellmu bħal jibdew irrifjutaw li jirkbu tal-linja ew lii jsuqhom xi ħadd ieħor jekk raw xi ħaġa gravi. Id-dehra ta’ ċertu demm jew biċċiet ovjament ħa jimmarkahom. Normalment it-tfal jirkupraw u t-trawma tfieq imma tibda t-trawma sottili.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0