Id-disa' ajruplan tal-Air Malta mistenni jasal din il-ġimgħa

  • Apr 15, 2018 11:22
  • Miktub minn iNews

    Skont sorsi infurmati qrib il-maiġment tal-Air Malta id-disa’ ajruplan tal-flotta tal-Air Malta mistennni jingħaqad mal-flott eżistenti din il-ġimgħa. Dan ifisser li l-Air Malta ser ikollha flotta’ ta’ disa’ ajruplani, li mistennija tikber għal għaxar ajruplani fil-ġimgħat li ġejjin kif jasal l-ajruplan ieħor, li ser ikun wieħed ġdid fjamant u tal-aħħar mudel tat-tip Airbus A320 neo. 

    Dan ifisser li l-Air Malta ser ikollha flotta’ ta’ disa’ ajruplani, li mistennija tikber għal għaxar ajruplani fil-ġimgħat li ġejjin kif jasal l-ajruplan ieħor, li ser ikun wieħed ġdid fjamant u tal-aħħar mudel tat-tip Airbus A320 neo

    Il-wasla tad-disa’ ajruplan ġiet ittardjata bi ftit ġranet mill-kumpanija tal-kiri u għalhekk l-Air Malta kellha temporanjament tikri ajruplan fuq bażi ta’ ‘wet lease’. It-tkabbir fil-flotta qiegħda ssir wara li l-Air Malta nediet numru ta’ rotot ġodda għall-iskeda tas-sajf, u hekk kif mistennija tkompli ssaħħaħ in-netwerk ta’ rotot tagħha fiż-żmien li ġej.

    Mitlub jikkummenta dwar dan il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ikkonfermalna li l-wasla tad-disa’ ajruplan mistennija tkun lejn il-bidu ta’ din il-ġimgħa. Huwa spjega kif l-Air Malta żiedet l-utillizazzjoni tal-ajruplani tagħha fejn illum il-ġurnata qiegħdin jaħdmu ‘il fuq mill 14-il siegħa kuljum sabiex jakkomodaw aktar rotot.

    Huwa sostna kif il-viżjoni tal-Gvern għall-Air Malta hija li tkun il-linja tal-ajru tal-Mediterran u għalhekk ittieħdu diversi inizjattivi fosthom ta’ destinazzjonijiet u rotot intra-Ewropej. Fil-fatt, l-Air Malta nediet rotot lejn Londra minn Katanja u minn Cagliari.

    Il-Ministru Konrad Mizzi sostna li l-Air Malta mistennija tilħaq ‘break-even’ fil-finanzi tagħha din is-sena, li ilha ma sseħħ għal madwar 18-il sena. Huwa saħaq li bħala Ministru responsabbli mit-Turiżmu u mill-Linja Nazzjonali tal-Ajru, qiegħed jaħdem id f’id mal-bord tad-diretturi u mal-management biex l-Air Malta tkun storja ta’ suċċess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0