Qassis Amerikan b'ġuri fit-Turkija b'rabta ma' akkużi relatati mat-terroriżmu u spjunaġġ

  • Apr 15, 2018 12:43
  • Miktub minn iNews

    Qassis Amerikan arrestat fit-Turkija jinsab għaddej ġuri dwar każ li żiedet it-tensjoni bejn Washington u Ankara.

    Andre Craig Brunson, qassis evanġeliku minn North Carolina, qed jiffaċċja sa 35 sena priġunerija b’rabta mal-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu li wettaq reati għal gruppi terroristiċi mingħajr ma kien membru tagħhom. Huwa qed jiffaċċja akkużi wkoll b’rabta ma’ spjunaġġ. Brunson safa arrestat f’Diċembru tal-2016 għall-allegat konnessjonijiet li għandu ma’ grupp ta’ ribelli Kurdi u ma’ netwerk ta’ kleriku Musulman ibbażat fl-Istati Uniti li qed jingħata l-ħtija għall-attentat kolp ta’ stat fit-Turkija tas-sena li għaddiet.

    Uffiċjali Amerikani ripetutament talbu biex Brunson jinħeles, b’saħansitra l-President Amerikan Donald Trump jitlob lit-Turkija biex b’mod immedjat jirritorna lill-qassis lill-Istati Uniti.

    Madankollu l-President Tork Recep Tayyip Erdogan talab li l-Istati Uniti għandha l-ewwel tagħti lill-kleriku Fethullah Gulen f’idejn l-awtoritajiet Torok.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0