Muscat: “Il-liġi tal-IVF hija essenzjalment waħda dwar l-ugwaljanza”

  • Apr 15, 2018 13:40
  • Miktub minn iNews

    Waqt li kien qed jindirizza attività politika fis-City Theatre tal-Belt, Muscat qatta’ l-parti l-kbira tal-ħin jittratta t-tema tal-abbozz ta' liġi li ressaq il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li permezz tiegħu se tiġi emendata l-liġi tal-IVF.

    Huwa għamilha ċara li għalih din il-liġi hija essenzjalment waħda dwar l-ugwaljanza u mhux dwar is-saħħa fejn semma kif tkellem ma' kull membru parlamentari tal-Gvern biex jara jekk kellhomx riżervi u saru l-bidliet neċessarji biex issa kollha jappoġġjawha.

    Muscat qal taqbel jew ma taqbilx miegħu, l-iffriżar tal-embrijuni diġa qiegħed fil-liġi u daħal fl-2012 allura min kien kontra messu tkellem dakinhar.

    Huwa ċaħad li l-Gvern kien se jdaħħal xi prinċipju ġdid imma sostna li se jara li jekk jifdal xi embrijun mhux użat l-omm tużah ġo fija biex tipprova tagħtih il-ħajja imma jekk ma tkunx trid allura trid tagħtih lil min ma jistax ikollu tfal biex jużah hu.

    Miscat saħaq li se jkun hawn kapurjuni li se jħabbtu fuq sidirhom quddiem it-televixin biex jitkellmu dwar il-morali mentri hemm nisa li qed jibku fil-kwiet ta' darhom għax ma jistax ikollhom tfal.

    Huwa qal li se jkun hawn min b'mod ipokrita jippriedka l-valuri u jħalli lill-iktar vulnerabbli batuti mentri l-Gvern se jagħżel li jitkellem għal dawn il-familji.

    Muscat sostna li lil hinn mill-kwistjoni tal-iffriżar, li reġa’ tenna daħal fl-2012, jibqa' l-punt ta' min għandu jikkwalifika għall-IVF fejn iddikjara li ma jaqbilx li dan ikun biss għall-miżżewġin jew koppji eterosesswali.

    Hawnhekk għadda botta lill-Oppożizzjoni fejn qal li jekk tivvota kontra l-liġi proposta tal-IVF tkun qed turi li mhux veru temmen li ż-żwieġ huwa indaqs għal kulħadd u li f'qalbha temmen differenti minn kif ivvutat fil-liġi dwar iż-żwieġ indaqs.

    Waqt li semma kif konxju li se jkun hemm “in-numri kontrina”, il-Mexxej Laburista qal li xogħlu mhux li jsegwi l-mewġ imma li affarijiet li fil-mument ikun hemm in-nies ma taqbilx magħhom maż-żmien jiġu aċċettati.

    Minbarra l-kwistjoni tal-IVF, Muscat irrefera għal suġġetti oħra fosthom bix-xogħol li kien qed isir fil-belt kapitali fejn qal li kuntent b'din il-ħidma għax qed tagħtiha lura d-dinjita u qed tagħmilha “kapitali vibranti” li ilna ma naraw ġenerazzjonijiet sħaħ.

    Huwa sostna li l-ħidma tal-Gvern mhux ibbażata fuq dak li jintqal jew jidher fil-ġurnali imma qed issir fil-kwiet u maħsuba biex iġġib ir-riżultati għall-familji u n-negozji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook