Efimova: “mhux se nċedi … nafda f'Alla u fit-tajjeb”

  • Apr 16, 2018 09:08
  • Miktub minn iNews

    Ftit wara li l-Qorti Griega laqgħetilha t-talba biex ma tiġix estradita lejn Malta, Maria Efimova rrikorriet għas-sit soċjali Twitter biex tesprimi l-ħsibijiet tagħha dwar dak li għaddiet, u għaddejja, minnu.

    Ir-Russa saret isem sinonimu f'Malta wara li allegat li sid il-kumpanija Egrant kienet Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru. Il-koppja Muscat ċaħdet dan.

    Efimova kienet waħda mis-sorsi ta' Daphne Caruana Galizia u ftit wara l-qtil tal-ġurnalista ħalliet Malta fejn kienet qed tgħix Kreta ma' żewġha u ż-żewġt itfal tagħhom.

    Hija kienet qed tiġi mfittxija minn Malta biex twieġeb għall-akkużi li nħarġu kontriha fuq żewġ każijeit, wieħed fejn qed tiġi mixlija li ħadet flus bla permess lil Pilatus Bank li miegħu għamlet żmien taħdem u l-ieħor li għamlet allegazzjonijiet fuq numru ta' pulizija.

    Fost dawn kien hemm l-eks-spettur Jonathan Ferris li riċentament ċaħad allegazzjoni tagħha li waqt l-interrogazzjoni li saritilha fid-Depot kien hemm preżenti żewġ uffiċjali tal-Pilatus Bank.

    Fuq Twitter, fejn deher għall-ewwel darba ritratt tagħha, Efimova bdiet biex irringrazzjat lil kull min appoġġjaha u wegħdet li ma kinietx se ċċedi għax temmen f'Alla u li tagħmel l-affarijiet sew.

    Hija tgħid kif kienet dispjaċuta meta semgħet bil-qtil ta' Caruana Galizia u ssostni li ddispjaċiha li ma qattgħetx aktar ħin magħha anke jekk wegħdet li se tagħmel ħilitha biex il-qattiela tagħha jieħdu l-ġustizzja.

    Efimova tisħaq li għalkemm mhix Maltija hija tħobb lil pajjjiżna ħafna u li kieku ma kienx għas-sigurta tal-familja ma kinietx se tħalli artna.

    “U din il-ġlieda mhix kontra Malta imma kontra dawk il-ġifa li jheddu lid-dgħajjfa u jagħtu bis-sejf f'dahar dawk li huma b'saħħithom. Flimkien nistgħu nirbħu din il-ġlieda”.

    Hija tirreferi wkoll għall-appell mid-deċiżjoni fuq l-estradizzjoni u waqt li ssostni kif stennietu ssemmi kif nannuha kien eroj tat-Tieni Gwerra Dinjija li għallimha tkun b'saħħitha.

    Ir-Russa tgħid li hija rnexxielha toħroġ mill-infern tal-ħabs u tistaqsi jekk Claude Anne Sant Fournier, l-avukat tal-Pilatus Bank, se jkollix l-istess saħħa meta tiġi arrestata għal dak li għamlet bħala l-'compliance officer' tal-bank.

    F'kumment ieħor issostni li hija tweġġa meta tara r-reputazzjoni ta' Malta tiġi ipperikolata minħabba ftit tan-nies u tirreferi għal artiklu dwar kemm għandu passaporti Ali Sadr Hashemineyad, sid il-Pilatus Bank, fejn issostni li kien mument fejn tħoss li ġiet pruvata fuq dak li qalet.

    F'wieħed mill-aħħar kummenti tagħha hija tgħid li kien żmien diffiċli għaliha dak li għaddiet minnu fl-aħħar xhur u tinsisti li min iwaħħal fiha għax ħarbet, speċjalement dawk li għandhom tfal żgħar, għandhom qabel xejn ipoġġu lilhom infushom flokha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0