Il-Klijenti ta’ RE/MAX Malta fil-Qalb ta’ Kampanja Ġdida

  • Apr 16, 2018 14:23
  • Miktub minn iNews

    RE/MAX Malta jniedu kampanja ġdida ta’ marketing li tieħu l-viżjoni unika ta’ kull klijent u tqabbilha mal-proprjetà perfetta għalihom

    RE/MAX Malta nedew kampanja ġdida fejn l-aġenti qed jiffukaw fuq il-bini ta’ rapport mal-klijenti tagħhom bil-għan li jiskopru dak li huwa importanti għalihom b’mod speċifiku u jqabbluh mal-proprjetà.

    Bis-slogan ‘If it’s meaningful to you, it’s important to us’ (Jekk huwa ta’ siwi għalik, huwa importanti għalina’), il-kampanja hija mfassla biex tqiegħed lil RE/MAX Malta ’l fuq mill-kompetituri tagħhom billi jgħollu r-relazzjoni bejn l-aġenti u l-klijenti tagħhom fuq livell ġdid. Billi jħarsu lil hinn mit-talba għal proprjetà nnifisha, l-aġenti ta’ RE/MAX ser jaħdmu biex jifhmu x’inhu importanti għall-klijent tagħhom u dak li kull kamra fil-proprjetà ser tfisser verament għalihom bħala individwi.

    “Minkejja li għandna l-ikbar database f’Malta, l-aktar proprjetajiet esklussivi u forza tax-xogħol li rċiviet l-aqwa taħriġ dwar il-proprjetà fl-industrija, aħna dejjem fhimna li r-relazzjoni unika tagħna mal-klijenti hija r-raġuni ewlenija għaliex kbirna daqshekk,” qal il-Kap tal-Operat ta’ RE/MAX Malta Jeff Buttigieg.

    “Aħna qatt ma tbiegħdna minn mal-klijenti tagħna, u l-fatt li qed inpoġġuhom fil-qalba ta’ din il-kampanja ġdida qed tgħinna biex insiru nafuhom aħjar, u biex nagħtuhom dak is-servizz imfassal speċifikament għalihom li jistħoqqilhom.”

    Il-kampanja tnediet b’sensiela ta’ seba’ reklami li kull wieħed minnhom jesplora żona speċifika fi proprjetà, inkluż kmamar tal-banju, kċejjen jew ġonna, u jenfasizzaw li kull waħda minn dawn il-kmamar tista’ tintlaqa’ b’mod differenti mill-perspettiva tal-klijent.

    Minkejja li RE/MAX hija kumpanija internazzjonali, din il-kampanja pubbliċitarja oriġinat u tfasslet lokalment, u kemm il-mudelli kif ukoll il-postijiet użati huma Maltin. 

    Il-Maniġer tal-marketing ta’ RE/MAX Malta Sam Zammit ikkummenta wkoll li “Ġewwa RE/MAX Malta aħna dejjem ippruvajna nuru dak li l-klijenti jfissru għalina, u din il-kampanja toffri mod kreattiv ieħor kif nistgħu nagħtu prova ta’ dan. L-idea li nibnu fuq dak ir-rapport mal-klijenti billi nidħlu fil-fond ta’ dawk li huma l-aktar mumenti importanti għalihom fi proprjetà hija idea ġdida, u waħda li biha bħala RE/MAX qiegħdin għal darb’oħra mmexxu t-triq fl-industrija tal-proprjetà.”

    Bħalissa l-kumpanija qed tistenna r-riżultati ta’ riċerka li kkummissjonat riċentement, u kkonfermat ukoll li dalwaqt ser toħroġ taħriġ speċifiku marbut mal-wiegħda ta’ servizz tal-aġenti tagħha. “L-esperjenza li jkollhom l-konsumaturi aħħarin tagħna hija waħda mill-aktar aspetti importanti tas-servizz tagħna u aħna nikkummissjonaw riċerka b’mod regolari li tagħti lill-aġenti tagħna l-aktar tagħrif aġġornat u prattiku li għandhom bżonn biex jipprovdu l-aqwa servizz possibbli,” żied jgħid is-Sur Buttigieg. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook