Kumpless ġdid biex itaffi l-uġigħ tal-pazjenti… il-Knisja tagħti l-Istitut Adeleide Cini lill-Malta Hospice biex tmexxi l-proġett

  • Apr 16, 2018 15:54
  • Miktub minn iNews

    L-ewwel pazjenti mistennija fl-2021

    Il-Knisja se tagħti l-Istitut Adeleide Cini f'Santa Venera lill-Malta Hospice Movement għal 50 sena biex matulhom tmexxi kumpless fejn toffri kura paljattiva lil dawk li jkollhom mard jew kundizzjonijiet terminali.

    Il-ftehim bejn iż-żewġ naħat kien iffirmat minn Michael Pace Ross, Segretarju Amministrattiv tal-Kurja f'isem l-Arċisqof ta' Malta u Maria Gatt u Dr Vincent Zammit li huma ċ-Ċerpersin u s-Segretarju tal-Malta Hospice Movement.

    Il-kumpless se jkun jismu St. Michael’s Hospice bil-Malta Hospice Movement se tkun responsabbli mix-xogħol li se jibdel l-istitut f'post fejn tingħata kura paljattiva waqt li se ssebbaħ il-ġonna biex jipprovdu ambjent aħjar lill-pazjenti.

    L-art u l-proprjeta fiha madwar 9,000 metru kwadru fuq żewġ sulari u għandha 6,800 metru kwadru ta' ġonna jiġifieri fihom daqs tliet grawnds tal-futbol. Huwa stmat li bejniethom l-art u l-proprjeta jiswew €8 miljun.

    Minbarra kura tal-pazjenti, fil-kumpless se jiġu provduti wkoll korsijiet edukattivi u ta’ taħriġ għall-istaff u speċjalisti fil-kura paljattiva. 

    Ix-xogħlijiet infrastrutturali fuq il-bini eżistenti tal-Knisja huma maħsuba li jibdew meta jinkisbu l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar. 

    Il-ħidma se titwettaq fuq perjodu ta’ tliet snin li matulu l-Malta Hospice Movement se jiġbor il-fondi neċessarji għat-twaqqif u t-tmexxija ta’ dan il-proġett. 

    L-ewwel pazjenti huma mistennija li jidħlu fil-kumpless fl-2021 wara li jitlesta xogħol ta’ tisbiħ estensiv fuq ġewwa tal-binja. 

    Imwaqqaf fl-1989, l-għan ewlieni tal-Malta Hospice Movement huwa li jipprovdi u jippromwovi servizzi ta’ kura paljattiva lil pazjenti li jsofru mill-kanċer, 'motor-neuron disease' kif ukoll mard tal-qalb, respiratorju, tal-kliewi u tal-fwied. 

    Il-kura offruta hija immirta li tagħti serħan mill-uġigħ u sintomi fiżiċi oħra kif ukoll tindirizza l-aspett emozzjonali, psiko-soċjali u spiritwali nkluż sapport għall-familjari meta tiġi nieqsa l-persuna. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0