L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur tiffirma ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati tagħha

  • Apr 16, 2018 16:31
  • Miktub minn iNews

    Illum, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), il-General Workers Union (GWU) u l-Union Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers (UHM), iffirmaw il-ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati tal-MCCAA. 

    Il-ftehim, li jkopri erba’ snin jibni fuq dak ta’ qablu, u permezz tiegħu l-impjegati se jibbenefikaw minn titjib fost oħrajn fis-salarji, li jirrifletti salarji attwali fis-suq. Opportunitajiet għall-progressjoni fil-karriera, miżuri favur il-familja, u flessibliltà fil-ħinijiet tax-xogħol lkoll kienu mtejba għas-saħħa fiżika u mentali tal-impjegati. 

    Il-pakketti tas-salarji se jippremjaw l-impjegati li jagħtu sehemhom f’din l-entità, u se jippermettu biex l-Awtorità tilqa’ impjegati ġodda, u tkompli ttejjeb is-servizzi li toffri lill-pubbliku. 

    Il-bidliet li se jġib miegħu il-ftehim kollettiv tal-MCCAA huma frott diskussjonijiet bejn il-partijiet kollha nvoluti, li fl-istess ħin riedu jtejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. 

    Iċ-Chairperson tal-MCCAA, l-Ing. Helga Pizzuto, irringrazzjat il-partijiet kollha nvoluti tal-ħidma tagħhom lejn dan il-ftehim.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018, Deo Debattista, emfasizza li l-iffirmar ta’ dan il-ftehim juri l-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ il-kundizzjonijet tal-ħaddiema, għaliex dawn huma kruċjali fil-viżjoni tal-Awtorità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook