Raġel mixli li daħħal folja taċ-ċikkulata fil-parti intima ta' martu

  • Apr 16, 2018 17:40
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pulizija akkużat raġel ta' 55 sena mis-Siġġiewi b'att indiċenti fuq martu fejn allegatament daħħal folja taċ-ċikkulata fil-parti intima tagħha wara argument bejniethom minħabba l-problema li għandha tal-alkoħol.

    L-Ispettur John Spiteri, li investiga l-każ mal-Ispettur Kylie Borg, spjega lill-Maġistrat Doreen Clarke kif ir-raġel hedded lil martu, beżżagħha u aggrediha wara li naqset li tnaddaf id-dar.

    Min-naħa tagħha, l-Ispettur Borg iddeskriviet dan il-każ bħala inaċċettabbli fis-soċjeta tal-lum. 

    Madankollu l-Avukat Michael Tanti Dougall, f'isem ir-raġel, qal li kienet il-mara li minħabba l-alkoħoliżmu stiednet lir-raġel biex ikollhom x'jaqsmu flimkien u ippruvat taħbi r-riħa tal-alkoħol billi wżat il-folja taċ-ċikkulata.

    Waqt li saħaq li dan ma kienx każ ta' stupru, huwa talab għall-ħelsien mill-arrest tal-klijent tiegħu.

    Madankollu ż-żewġ uffiċjali prosekuturi oġġezzjonaw fejn semmew li fil-ħin tal-każ kien hemm iben il-koppja fid-dar u għalhekk missieru seta jinfluwenza x-xiehda tiegħu.

    Il-Maġistrat Clarke laqgħet l-oġġezzjoni tal-prosekuzzjoni u għalhekk ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

    Fl-istess waqt ordnat li kemm isem ir-raġel kif ukoll isem il-mara ma jixxandrux fuq il-mezzi tax-xandir.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0