Il-Gvern ikompli jindirizza inġustizzji tal-passat marbuta max-xogħol

  • Apr 16, 2018 19:03
  • Miktub minn iNews

    Se tidħol fis-seħħ miżura li tħabbret fid-diskors tal-budget għas-sena 2018 f’Ottubru li għadda u li tikkonċerna anomaliji li setgħu nħolqu matul is-snin minħabba tibdiliet fis-sistema tal-pensjonijiet. Għal dan l-għan il-Gvern se jalloka €10.5 miljun f’dak li se jkun it-tieni pagament ta’ skema li oriġinarjament tħabbret fil-budget għas-sena 2017. Fl-ewwel pagament kienu tħallsu aktar minn €11-il miljun lil aktar minn 6,000 benefiċjarju jew lill-eredi tagħhom, ħabbru l-Ministru Edward Scicluna u l-Ministru Michael Falzon waqt konferenza stampa fil-Ministeru għall-Finanzi.

    L-iskema hi miftuħa għall-ħaddiema tal-korpi li kienu jagħtu servizz lid-dipartimenti tal-gvern qabel l-1979 iżda li kienu bdew jagħmlu parti mis-servizz pubbliku wara Jannar tal-1979, għall-eks ħaddiema tax-xatt li kellhom liċenzja biex jaħdmu bejn April 1973 u Mejju 2007; għal uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija fir-ranks ta’ kuntistabbli, ta’ surġent jew ta’ surġent maġġur li ma tħallsux għall-overtime li għamlu bejn Jannar 1993 u Diċembru 2009; u għall-eks ħaddiema tal-Malta Electricity Board, bil-possibilità ta’ ħaddiema oħrajn li huma eliġibbli biex japplikaw għal din l-iskema. L-iskema hi miftuħa wkoll għall-werrieta tal-persuni eliġibbli li mietu.

    Il-Ministru Scicluna qal li dawk milqutin minn dawn l-inġustizzji kienu ilhom snin twal jittamaw li jkunu kumpensati imma sfortunatament amministrazzjonijiet preċedenti għal dik tas-sena 2013 dejjem injorawhom.

    “Legalment il-Gvern ma kienx obbligat jagħti xi forma ta’ kumpens imma hu moralment konvint li dan ir-rifjut jirrendi lilu nnifsu f’inġustizzja meta tinħeba wara xi forma ta’ legalità meta fil-verità taf li kienet twettqet inġustizzja”, qal il-Ministru għall-Finanzi.

    “Ninsabu hawnhekk biex nagħtu iktar dettalji dwar il-proċess ta’ kontinwazzjoni li se jkompli jindirizza l-anomaliji u l-inġustizzji tal-imgħoddi, u se nagħmlu dan b’allokazzjoni oħra ta’ €10.5 miljun”, żied il-Ministru Michael Falzon. 

    Il-Ministru Michael Falzon qal li s-sejħiet għall-applikazzjonijiet mill-kategoriji ta’ ħaddiema se jitħabbru fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ għada filwaqt li spjega li ż-żmien biex wieħed japplika taħt it-tliet skemi jibda minn din il-ġimgħa u jagħlaq fit-28 ta’ Ġunju. Il-ħlasijiet isiru aktar tard matul is-sena wara proċess ta’ verifika.

    Il-Ministru Michael Falzon qal li se jibbenefikaw madwar 2,800 persuna mill-iskema għal eks membri tal-korpi u għal oħrajn filwaqt li se jibbenefikaw ’il fuq minn 600 persuna li kienu eks ħaddiema tax-xatt jew l-eredi tagħhom. 

    Intant hemm skema oħra mfassla mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex isiru parti mill-ħlasijiet dovuti lill-pulizija dwar sahra mhux imħallsa bejn Settembru tal-1993 u Diċembru tal-2009. Il-benefiċjarji li jlaħħqu madwar 2,440 kienu fil-gradi ta’ kuntistabbli, surġent jew surġent maġġur u ħadmu sigħat addizzjonali bħala sahra. Minn dawn l-uffiċjali, madwar nofshom għadhom iservu fil-Korp filwaqt li l-kumplament huma irtirati jew mejta. 

    “Dan juri li dan il-gvern jaġixxi bil-fatti u mhux bil-paroli. Din hi l-konsistenza li qed noffru filwaqt li qed ngħinu finanzjarjament lil persuni li fil-passat ittieħed lilhom dak li hu tagħhom bi dritt. Ħaddieħor għażel li jinjorahom iżda b’kuntrast dan il-gvern aġixxa bil-fatti. Se nkomplu naraw li kull min ħaqqu, jieħu dak li hu tiegħu bi dritt”, ikkonkluda l-Ministru Michael Falzon.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook