Il-każ ta’ embrijuni li kienu f’inkubatur fuq ‘standby mode’… kien żball uman

  • Apr 16, 2018 19:22
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-aħħar jiem tim kliniku mill-Isptar Mater Dei fl-aħħar jiem ltaqgħu mad-disa’ koppji li kellhom embrijuni li kien instab li kienu f’inkubaturi fuq ‘standby mode’ u li għalhekk dan kien se jipperikola dawn l-embrijuni. Il-laqgħa saret wara li tlestiet inkjesta li saret f’dan il-każ. Fl-inkjesta saru diversi rakkomandazzjonijiet u dawn qed jiġu implimentati. Dawn id-disa’ embrijuni kienu implantati imma l-ebda wieħed ma irnexxa.

    Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, fi stqarrija ministerjali qal li f’Jannar tas-sena li għaddiet kien ħatar inkjesta indipendenti dwar inċident li seħħ fl-Isptar Mater Dei.  Qal li din l-inkjesta tmexxiet mill-Imħallef Emeritus Alberto Magri. Qal li fis-27 ta’ Jannar kien sab li l-inkubatur kien fuq ‘standby mode’ u l-embrijuni kienu ġew trasferiti f’inkubaturi oħra.  L-embrijuni kienu ġew implantati imma l-ebda tqala ma rriżultat minnhom.

    Il-Ministru Fearne qal li b’kollox f’din l-inkjesta instemgħet ix-xhieda ta’ xejn inqas minn 26 xhud.   Ġiet installata excess control system u cctv u l-aħħar cctv se titpoġġa fis-sigħat li ġejjin.  Fl-aħħar jiem tim kliniku mill-isptar Mater Dei iltaqgħu ma’ kull koppja li kellhom x’’jaqsmu ma’ dan il-każ u dawn ingħataw ċiklu ieħor ta’ IVF. 

    Din l-inkjesta tlesttiet ftit ġimgħat ilu u bdejna naħdmu fuq ir-rakkomandazzjonijiet. Il-Ministru Fearne qal li l-bord ta’ inkjesta  qal ċar u tond li dan l-inċident ma kellu x’jaqsam xejn ma’  qtugħ ta’ dawl.  Qal li saru testijiet dwar dan u nstab li qtugħ ta’ dawl ma jaffettwax għax l-inkubatur għandhom sistema ta’ l-elettriku separata.

    Il-Ministru Fearne qal li jidher li dan l-inubatur tpoġġa fuq ‘standby mode’ b’mod aċċidentali u bi żball uman.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0