“Il-karozza ta' Simon Busuttil użata għat-twaħħil tal-posters illegali” … L-eks-Kap tal-PN f'Occupy Justice!

  • Apr 17, 2018 08:26
  • Miktub minn iNews

    Vettura użata għat-twaħħil ta’ posters li jimplikaw korruzzjoni fil-Gvern issejjaħ lil Simon Busuttil 

    Karozza tat-tip Honda, proprjetà ta’ ħadd ħlief l-eks-Kap tal-Partit Nazzjonalista u llum deputat tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, intużat fit-twaħħil ta’ posters tal-grupp Occupy Justice quddiem il-Berġa ta’ Kastilja fil- Belt Valletta u quddiem il- Bank Pilatus f’Ta’ Xbiex fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u lbieraħ. 

    Ritratti varji li waslu għand Inewsmalta juru l-vettura inkwistjoni rreġistrata fuq Dr Busuttil u bil-pjanċi tar-reġistrazzjoni TWQ291 wieqfa bejn il-parkeġġ tal-Bank Ċentrali u ċ-Ċentru għall-Kreattività Kavallier ta’ San Ġakbu għal xi ħinijiet bejn l-4.00 u l-5.00 ta’ filgħodu. 

    Jirriżulta li fil-proċess sakemm twaħħlu numru ta’ posters ma’ arbli, kolonni u poġġamani kienu involuti aktar minn sitt persuni, iżda mhux magħruf jekk l-eks- Kap Nazzjonalista kienx fil-fatt wieħed minnhom. Lanqas hu magħruf jekk il-karozza kinitx misjuqa minnu stess jew ħaddieħ-or. 

    Ninsabu informati li kienet il-vettura ta’ Busuttil biss preżenti l-ħin kollu fi Pjazza Kastilja, waqt li vettura oħra privata tat-tip Mazda waslet fuq il-post fejn kienet qiegħda sseħħ din l-operazzjoni klandestina. 

    Iż-żewġ vetturi telqu minn fuq il-post flimkien ftit wara bl-individwi li għadhom mhux magħrufa. 

    Għalkemm ma stajniex insibu dawn il-posters fi Pjazza Kastilja appena żorna l-post kmieni lbieraħ filgħodu, l-istess grupp, li jsejjaħ lilu nnifsu Occupy Justice, tella’ ritratti tagħhom fuq il-midja soċjali fejn jidhru mwaħħlin anke ma’ arbli tad-dawl li jwasslu sa ħdejn il-Monument tal-Gwerra u oħrajn f’Ta’ Xbiex. 

    Ta’ min jirrimarka li l-Avviż Legali 36 tal-2018 dwar it-twaħħil ta’ posters u materjal pubbliċitajru f’postijiet pubbliċi jispeċifika li dawn ma jistgħux jitwaħħlu ma’ proprjetà tal-Gvern jew entità parastatali mingħajr il-permessi meħtieġa. 

    Il-posters li jimplikaw korruzzjoni fi ħdan il-Gvern Laburista u prattikament juru lill-Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, huma manipulazzjoni ta’ posters uffiċjali ta’ films magħrufin biex akkost ta’ kollox iħammġu l-operat amministrattiv. 

    L-operazzjoni tat-twaħħil ta’ posters kienet qiegħda ssir ukoll biex tfakkar is-sitt xahar mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia lbieraħ fejn filgħaxija wkoll ġiet organizzata quddiesa kkonċelebrata mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna u sussegwentement wara saret vġili minn għexieren ta’ simpatizzanti quddiem il-bini tal-Qorti fi Triq ir-Repubblika, il-Belt. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook