ARA: "Irridu nindirizzaw obbligu morali"

  • Apr 17, 2018 10:00
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Il-Gvern iniedi €10.5 miljun għall-ħlas ta’  inġustizzji passati; stmat li madwar 6,000 persuna sejrin jibbenefikaw minn dawn l-erba skemi.

    Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, flimkien mal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali Michael Falzon, ħabbru erba skemi b’total ta’ €10.5 miljun li se jindirrizaw n-nuqqas ta’ ħlas ta’ sahra u flejjes oħrajn li jappartjenu lil madwar sitt elef ħaddiem, li ġejjin minn oqsma u perjodi differenti. 

    B’hekk, isostni Falzon, “dan il-Gvern qiegħed ikompli jindirizza diversi anomaliji u inġustizzji li kien hemm fl-imgħoddi, li għal żmien twil dawn ma ġewx indirizzati.”

    L-ewwel miżura ta’ din ix-xorti, li kellha total ta’ €11 miljun, kienet imnedija s-sena li għaddiet; il-programm ta’ din is-sena sejjer jolqot madwar 2800 persuna li kienu eks-membri tal-korpi li daħlu fis-servizz pubbliku f’Jannar tal-1979, 600 ħaddiem tax-xatt (jew l-eredi tagħhom f’ċertu każijiet) li ġew ingaġġati bejn April tal-1973 u Ġunju tal-2007 li ma kinux liċenzjati, u madwar 2440 uffiċjal tal-pulizija li ħadmu bis-saħra bejn Settembru tal-1993 u Diċembru tal-2009 u ma tħallsux għalih.

    Il-Ministru Scicluna li dawn l-iskemi “jindikaw b’mod 1ar il-messaġġ ta’ dan il-Gvern u l-mod li bih huwa jimxi. Dan il-Gvern kien jaf mill-bidu nett li din kienet problema kbira, anke finanzjarjament, u ma kinitx faċli biex tinstab soluzzjoni, pero’ rnexxielna wkoll. B’din il-proposta, qiegħdin inpattu għall-inġustizzji li dan il-Gvern moralment qiegħed iħossu obbligat jindirizza.”

    “Minn att legali, minħabba preskrizzjoni u punti oħra, il-Gvern ma kellu l-ebda obbligu li jsib soluzzjoni, anke jekk it-talba tagħhom kienet aċċettata mill-Qorti. Madanakollu, din it-talba il-Gvern jikkunsidraha bħala waħda ġusta u modesta, u għalhekk kellu l-obbligu li jsib soluzzjoni.”

    Scicluna tenna wkoll kif iċ-ċifra eżatta tal-flus li għandu jredd lura lil dawn in-nies ma jistgħux jiġu msemmija fil-pubbliku, “għaliex inkella ikollhom jissemmew kollha kemm huma fil-bilanċi tal-Gvern ta’ din is-sena, u mmorru kontra l-opinjoni li aħna rċevejna mill-Eurostat. Allura, ddeċidejna li mmorru fir-rotta li ħadna fejn jidħol il-VAT, fejn il-pagamenti isiru fuq għadd ta’ snin.”

    “Ħaddieħor, Bagħtilhom Bil-Mitkub Li Mgħandhom L-Ebda Dritt ta’ Rikompens

    Intant, f’kumment dirett lil dan il-ġurnal, il-Ministru Michael Falzon semma kif din l-inizjattiva hija turija ta’ Gvern “li jżomm kelmtu; Gvern li joqgħod mal-obbligi kollha li għandu, mhix biss dawk legali u kuntrattwali, iżda anke dawk morali. Qiegħdin nitkellmu fuq kategorija ta’ nies li ħaddieħor m’għamel xejn fuqhom għal 25 sħaħ, anzi fejn tidħol il-pulizija, Gvernijiet preċedenti qalulhom bil-miktub li huma ma kellhom l-ebda dritt biex jitolbu għall-ħlas.”

    “Dan il-Gvern qiegħed jaħdem b’mod differenti: Aħna jidhrilna li kien hemm anomaliji fil-passat, u aħna bdejna naħdmu biex jiġu solvuti. Ħriġna programm ta’ ħlas is-sena li għaddiet, u dawn għandhom jibqgħu joħorġu sakemm aħna jidhrilna li din l-inġustizzja morali tista tiġi msewwija.”

    “Natura tal-Gvern Li Nisimgħu U Nindirizzaw Dawn L-Inġustizzji”

    Il-Ministru Edward Scicluna tenna kif bħala Ministru u Membri Parlamentari, “nirċievu mijiet ta’ ittri kull xahar fuq ċertu allegazzjonijiet ta’ inġustizzji. Normalment ngħidulhom biex jirrikorru għall-Qrati, pero f’dawn il-każijiet, il-Gvern ħass li jekk dawn in-nies kienu sejrin jieħdu din it-triq, il-ħaddiema ma kinux sejrin jieħdu l-ġustizzja minħabba raġunijiet ta’ preskrizzjoni. Allura, qtajna fil-qasir, u b’hekk il-Gvern qiegħed jonera l-obbligu li huw stessa kien għamel ma’ dawn il-ħaddiema.”

    “Ix-xogħol tal-Kabinett u tal-Gvern qiegħed hemm biex jgħin biex ikun hawn iktar ġustizzja, u inqas inġustizzja, fis-soċjeta’ tagħna. In-natura tal-Gvern hekk trid tkun, u jekk ikun hemm każijiet ta’ inġustizzja, parti mill-proċess politiku huwa li nisimgħuhom u naraw kif nistgħu nindirizzawhom.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0