Malta b'konferenza tal-Commonwealth dwar l-investiment barrani

  • Apr 17, 2018 11:29
  • Miktub minn iNews

    Iħabbar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza forum tal-Commonwealth f'Londra

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li s-sena d-dieħla Malta se tospita l-ewwel konferenza tal-Commonwealth dwar l-investiment dirett barrani.

    Waqt li kien qed jindirizza l-Commonwealth Business Forum f'Londra, Muscat qal li kull aġenzija għall-promozzjoni tal-investiment, SME u korporazzjoni internazzjonali se tiġi mistiedna pajjiżna biex ikomplu jikkonsolidaw ix-xogħol li qed isir issa.

    Fil-forum Muscat iddeskriva lil Malta bħala eżempju ta' kemm il-ftuħ tal-fruntieri, kemm għan-nies kif ukoll għall-prodotti, huma t-triq għall-ġid.

    Fl-istess waqt qal li jekk ma noqgħodux attenti tista' tinbet l-idea li minn ekonomija miftuħa jgawdu biss is-sinjuri u mhux il-maġġoranza taċ-ċittadini.

    Madankollu, żied jgħid, il-verita hija differenti għax ekonomija miftuħa ġġib magħha żvilupp internazzjonali u ġid domestiku akbar.

    Muscat sostna li l-aċċess għall-investiment internazzjonali u l-kaptali uman huma l-muturi li jiġġeneraw it-tkabbir ekonomiku.

    “Bħala Prim Ministru ta' gżira żgħira li miexja 'l quddiem, Malta hija eżempju li tista' toħloq il-ġid jekk tiftaħ il-fruntieri”, huwa sostna waqt li semma lil dawk preżenti kif pajjiżna irreġistra surplus wara 30 sena, il-qgħad jinsab fl-iktar livelli baxxi u l-ekonomija tisboq il-medja tal-UE.

    Muscat saħaq li waqt li fil-pajjiż kważi kulħadd għandu xogħol, Malta qed tkompli tnaqqis il-barrieri għall-immigranti li jridu jiġu fostna biex jimlew l-impjiegi li qed jinħolqu ta' kuljum.

    Il-Prim Ministru irrefera għas-summit tal-Commonwealth fih innifsu u qal li dan qed isir fi żmien kruċjali fejn il-mewġa li qed tikber tal-protezzjoniżmu qed timmina l-ordni ekonomika liberali u internazzjonali.

    Huwa sostna li quddiem din l-isfida l-Commonwealth jibqa' eżempju pożittiv ta' x'jista' jsir bi sħubija internazzjonali bejn diversi pajjiżi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0