ARA: In-nies tibqa' tistaqsi x'inhi l-intenzjoni ta' min qed iżomm l-aħħar laptop ta' Daphne mistur … Diversi banners jispuntaw madwar Malta

  • Apr 17, 2018 13:11
  • Miktub minn iNews
"

    B’rapporti fil-midja jiżvelaw li l-laptop miġbur mir-residenza tal-familja Caruana Galizia fl-investigazzjoni preliminari l-aħħar li kien intuża kien f’Diċembru tal-2015, bosta kienu dawk li staqsew x’sar minnu l-laptop li Daphne Caruana Galizia kienet tagħmel użu minnu b’mod regolari, u x’kienet ir-raġuni għaliex il-qraba tagħha ma għaddewx proprju dan il-laptop lill-awtoritajiet konċernanti.

    Saħansitra fl-aħħar sigħat bosta banners spuntaw f’diversi toroq ewlenin madwar pajjiżna, ilkoll jistaqsu x’inhi l-intenzjoni għaliex dan l-aktar laptop riċenti ta’ Daphne qed jibqa’ jinżamm mistur. Intant, ukoll fl-aħħar sigħat, f’filmat li qed jiċċirkola permezz tal-internet u fuq il-mezzi tal-midja soċjali u qanqal rabja minn bosta, persuna tidher tneħħi wieħed mill-imsemmijin banners, b’diversi karozzi jgħaddu bi żbrixx minn miegħu biex ikun jista’ jagħmel dan.

    Intant il-Maġistrat Anthony Vella, maħtur b’rabta mal-każ tal-qtil ta’ Daphne, baqa’ ma kkonfermax dwar jekk hu talabx lill-familja Caruana Galizia biex jieħu fil-pussess tiegħu l-laptop tal-vittma.

    Meta mistoqsi minna dwar dan huwa qal li ma jistax iwieġeb minħabba li l-investigazzjonijiet min-naħa tiegħu kienu għadhom għaddejjin.
    Minkejja dan huwa kkonferma li l-pulizija ressqet applikazzjoni quddiem il-Qorti biex hu jkun jista’ jieħu fil-pussess tiegħu dan il-laptop u kwalunkwe informazzjoni li setgħet tkun utli fl-investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ.

    F’waħda mis-seduti tal-Qorti f’Diċembru illi għadda l-Ispettur Kurt Zahra fix-xhieda tiegħu qal li ma nstabet l-ebda traċċa tal-laptop tal-vittma u li binha ma kienx ċert jekk din kinitx ħarġitu magħha jew le dakinhar li nqatlet.

    L-aħħar blog tal-vittma ħareġ fis-2.35 p.m, madwar 23 minuta qabel seħħet l-isplużjoni fil-Bidnija u dan kien jirreferi għas-seduta li kienet seħħet aktar kmieni filgħodu li kienet tinvolvi lill-Prim Ministru, liċ-Chief of Staff Keith Schembri u lill-ex kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
    Daphne Caruana Galizia qatt ma semmiet lit-tliet akkużati bil-qtil tagħha, iżda lura f’Ottubru tal-2014 hi kienet kitbet dwar Adiran Agius, wieħed mis-seba’ l-oħra li ġew arrestati f’Diċembru li għadda u li aktar tard kienu meħlusin fuq bail.

    George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż, ħuh Alfred magħruf bħala l-Fulu u Vincent Muscat li magħruf ukoll bħala l-Koħħu jibqgħu t-tliet akkużati bil-qtil tal-blogger.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0