“Il-kawża ġiet blown out of proportion”

  • Apr 17, 2018 15:12
  • Miktub minn iNews

    Qal dan wieħed mill-Avukati li qed jidhru għat-tliet irġiel mixlija bil-qtil ta’ DCG

    Wieħed mill-Avukati li qed jidhru għat-tliet irġiel li huma mixlija bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia qal li “sfortunatament il-kawża ġiet blown out of proportion”.

    L-Avukat Martin Fenech irrimarka dan quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li kienet qed tisma’ s-sottomissjonijiet dwar it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-aħwa George u Alfred Degiorgio magħrufa bħala “ċ-Ċiniż” u “l-Fulu” rispettivament u ta’ Vince Muscat magħruf bħala “l-Koħħu”.

    Dr Martin Fenech, li qed jidher għal Vince Muscat, stqarr li f’dan il-każ sakemm l-akkużati jinstabu ħatja, huma għandhom ukoll id-drittijiet tagħhom. 

    “Jidher li l-Prosekuzzjoni waslet fl-aħħar tal-ġbir tal-provi u possibilità ta’ intralċ ma’ hemmx. Irridu naraw il-każ fil-mertu tiegħu. Hawn min jinsab akkużat bi qtil u diġa’ qiegħed barra. Sfortunatament din il-kawża ġiet blown out of proportion,” saħaq Dr Fenech.

    Min-naħa tiegħu, l-Avukat William Cuschieri tenna li l-gravità tar-reat mhijiex raġuni biżżejjed biex l-akkużati jinżammu taħt arrest preventiv. Huwa qal li xhieda pajżana ma fadalx għajr xi esperti barranin. 

    Dr Cuschieri, li qed jidher għal Alfred Degiorgio qal ukoll li ma tressqux provi ħlief dawk tat-teknoloġija fil-konfront tal-akkużati. Huwa staqsa, “jekk id-data hi ppreservata u analizzata kif din hi raġuni opponibbli biex tlieta min-nies, li huma preżunti innoċenti jibqgħu jinżammu arrestati?”

    Dr Josette Sultana li qed tiddefendi lil George Degiorgio qalet li l-akkużati m’għandhomx jiġu trattati differenti u li hemm ukolll il-preżunzjoni tal-innoċenza. 

    Fis-sottomissjonijiet tiegħu, l-Ispettur Keith Arnaud qal li ma jistax jifhem il-kumment ta’ Dr Martin Fenech li qal li l-każ kien blown out of proportion. Huwa sostna li ma jistax jaħseb f’kelma oħra għajr krudili biex tiddeskrivi l-qtil ta’ persuna b’karozza bomba.

    Qal li tassew kien hemm każijiet fejn persuni akkużati bi qtil ingħataw il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest iżda ċ-ċirkostanzi kellhom jittieħdu inkonsiderazzjoni skont il-liġi. “Hemm differenza bejn qtil li seta’ kien self-defence u qtil b’karozza bomba,” qal l-Ispettur Arnaud. 

    Qal ukoll li l-organizzazzjoni organizzata mhijiex immaġinarja kif qed tallega d-difiża, iżda hija fattwali għax hemm il-provi li d-delitt twettaq minn tal-inqas tliet persuni. 

    Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-partijiet, il-Maġistrat Stafrace Zammit qalet li se tkun qed tagħti d-digriet dwar il-ħelsien mill-arrest in camera.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook