Twissi ġenituri oħrajn wara li bintha fgat fl-irqad

  • Apr 20, 2018 12:04
  • Miktub minn iNews
"

    Omm żagħżugħa qiegħda taqsam l-esperjenza tagħha wara li tilfet lil bintha f’inċident sfortunat wara li din fgat f’soft toy. 

    Dexy Leigh Walsh sabet lil bintha Connie Rose fis-sodda b’dan is-soft toy kbir fuqha tant li ma kinitx qiegħda tieħu nifs. L-omm ta’ 23 sena qalet li aktar kmieni dak il-lejl kienet qabdet numru ta’ ġugarelli u poġġiethom bejn il-ħajt u s-sodda tagħha wara li minħabba l-istruttura tal-kamra kien għad baqa’ spazju dejjaq li kien ta’ periklu għaċ-ċkejkna.

    Minkejja li l-omm kienet kapaċi tagħti l-ewwel għajnuna liċ-ċkejkna u li l-paramediċi waslu fid-dar tagħha f’Dundee f’qasir żmien, iċ-ċkejkna sfortunatment kienet iddikjarata mejta fuq il-post.

    L-omm qiegħda tappella biex dawk kollha li jkollhom dubju mill-periklu li jista’ jkun hemm, jaħsbu f’dak kollu possibbli li jista’ jseħħ għax meta mingħalik li tkun ħsibt fl-aħjar alternattiva, din tista’ tkun waħda mill-agħar li stajt ħadt.

    L-omm waqqfet paġna fuq Facebook bil-għan li tgħin familji oħrajn u biex jekk jista’ jkun ħadd ma jgħaddi minn dak li għaddiet minnu l-familja ta’ Connie Rose. L-omm żiedet tgħid li għaddejja minn żmien diffiċli tant li ma tistax tneħħi minn quddiem għajnejha dak li kienet wettqet u kkonkludiet tgħid li tant tinsab iddisprata li sa waslet taħseb li kien ikun ferm aħjar li kieku ma għamlitx dak li għamlet għax fi kliemha stess l-agħar ħaġa li setgħet tiġri lil bintha kien li tindarab u mhux li ma tarahiex aktar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0