Jitħabbru r-rebbieħa tal-BOV Investment Education Programme għall-2017

  • Apr 27, 2018 16:12
  • Miktub minn iNews
"

    Il-21 rebbieħ/a tal-BOV Investment Education Programme għall-2017 tħabbru matul ċerimonja organizzata fl-Università l-Qadima fil-Belt Valletta. Il-Professur Joseph Falzon, Kap tad-Dipartiment tal-Banking and Finance akkompanjat mis-Sur David Pace Ross, Senior Manager fil-Bank of Valletta ppreżentaw il-premjijiet lill-aqwa tliet timijiet bl-aħjar prestazzjoni. Iċ-ċerimonja kienet ippreseduta mill-Kontessa Sophie ta’ Wessex matul iż-żjara tagħha f’Malta x-xahar li għadda.

    It-tim rebbieħ għeleb lill-pari tiegħu f’simulazzjoni ta’ portafoll virtwali li dam għaddej bejn Novembru 2016 u Ġunju 2017. L-istudenti li kkompetew kienu fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom għal Lawrja ta’ Baċellerat fil-Banking and Finance fl-Università ta’ Malta.

    Il-BOV Investment Education Programme ilu jiġi organizzat kull sena għall-istudenti fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom fid-Dipartiment tal-Banking and Finance fl-Università ta’ Malta. Meta tkellem dwar l-isforz kollaborattiv, is-Sur Pace Ross qal, “Matul is-snin li fihom ilu jiġi organizzat dan il-proġett, rajna d-dinja tas-servizzi finanzjarji tittrasforma ruħha minn waħda l-aktar reżistenti għall-bidla għal waħda mis-setturi l-aktar dinamiċi fl-ekonomija, mhux biss lokalment imma wkoll fuq livell Ewropew u internazzjonali. Probabbilment illum, aktar minn qatt qabel, dan il-proġett iservi biex jagħti lill-istudenti l-opportunità li jesperjenzaw id-dinja tan-negozju fl-ishma, qabel jitilqu bil-karriera tagħhom stess.”

    Il-Professur Falzon spjega li l-istudenti għandhom aċċess għal portafoll virtwali permezz tal-pjattaforma tat-24x7 Internet Banking tal-Bank. Huma jingħataw is-somma virtwali ta’ EUR 1,000,000 biex jinvestuha f’ishma kkwotati madwar id-dinja, u jintalbu jfasslu strateġija ta’ investiment li tiġġenera l-aħjar redditu. “It-timijiet tagħna jiġu ġġudikati fuq il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-istrateġija, kif ukoll fuq ir-raġunament wara l-għażla tal-istokks, u ovvjament, fuq il-profitti jew it-telf li jagħmlu,” spjega d-Dekan tal-Fakultà. Huwa qal li fl-aħħar sena tagħhom, l-istudenti dejjem ħadu sehem b’ħeġġa kbira f’dan il-proġett li jippermettilhom japplikaw it-tagħlim tagħhom f’xenarju virtwali.

    Il-membri tat-tim rebbieħ kienu Nicole Catania, Aidan Falzon, Daniel Fenech, Sefora Fenech, Daniel Grech, Jason Micallef, Raina Pace u Claire Sultana. Matul l-istess ċerimonja, numru ta’ premjijiet ingħataw ukoll lill-istudenti li kisbu klassifikazzjoni First Class u li kisbu grad ta’ ‘A’ fit-teżi tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0