MOTORS INC. Tniedi l-Kia Stonic Waqt Open Weekend

  • Apr 27, 2018 18:06
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kia Stonic issa waslet Malta wkoll u tista’ taraha mill-qrib fi tmiem din il-ġimgħa ġewwa x-showroom ta’ Kia fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi. Kia hija kburija li qed tintroduċi dan il-mudell innovattiv f’Malta li se jkun qed jiġi muri għall-ewwel darba lill-pubbliku nhar il-Ġimgħa 27 ta’ April bejn id-9:00 u t-20:00, kif ukoll is-Sibt 28 u l-Ħadd 29 bejn id-9:00 u s-14:00.

    Il-Kia Stonic tgħaqqad flimkien disinn innovattiv u funzjonalità. Il-mudell huwa mibni b’mod oriġinali, kif jidher mill-forma distinta li għandu. Il-linji skolpiti u l-profil uniku tal-karozza mhux biss jiġbed l-attenzjoni fit-triq iżda jimmassimizza il-karatteristiċi tekonoloġiċi li bihom hija mgħammra l-Istonic, fosthom is-sistema ta’ engine-cooling u d-direzzjoni tal-airflow.

    Iż-żewġ tonalitajiet ta’ kuluri jagħtu dehra unika u imponenti lill-Kia Stonic. Il-proprjetarji jistgħu jordnaw il-karozza tagħhom f’għażla sħiħa ta’ lwien disponibbli u jqabblu kuluri differenti għas-saqaf tal-karozza u il-parti t’isfel tal-karozza skont il-gosti u l-individwalità tagħhom

    L-Istonic tiġi f’diversità ta’ magni li jaqdu l-bżonnijiet u l-preferenzi tas-sewqan ta’ kulħadd. Il-gamma sħiħa hija ddisinjata biex biex toffri kontroll impekkabbli iżda b’sens ta’ sportività fis-sewqan. L-Istonic tagħti lis-sewwieqa esperjenza intensiva fit-triq iżda manuvrabbiltà eleganti fl-istess ħin.

    L-aħħar membru tal-familja Kia huwa mimli b’funzjonalitajiet intelliġenti bħall-fanali bi-projection, repeaters installati fil-mirja tal-ġnub, skid plate, dwal ta’ wara tre-dimensjonali, u ħafna aktar. L-Istonic hija prattika daqs kemm hija attraenti.

    Harsa lejn il-ġewwieni tal-karozza turi mill-ewwel li l-Istonic ġiet maħsuba sabiex tipprovdi kumdità u sigurezza ma’ kull vjaġġ. L-użu tal-ispazju huwa ddisinjat b’mod inġenjużi sabiex joffri sens ta’ wesa’ fi spazju kumpatt. L-attenzjoni għad-dettall tidher saħansitra fl-użu tal-materjali ta’ kwalità għolja, li jittrasmettu l-karattru avventuruż tal-Istonic. Mill-forma sportiva tal-isteering Wheel sal-ħajta fuq il-pulturni, kull parti tal-intern tirrifletti stil u rfinar.

    L-Istonic tieħu s-sigurtà bis-serjetà u hija mgħammra b’konfigurazzjonijiet avvanzati li jagħmlu d-differenza fil-mument it-tajjeb. It-tekonoloġija ta’ KIa DriveWise tipproteġi lis-sewwieqa u l-passiġġieri b’sistemi intelliġenti bħall-avviż li jipprevjeni ħabtiet fi blind-spots; sinjali li jżommu l-attenzjoni tas-sewwieqa fuq it-triq; twissija jekk il-karozza tkun ħierġa mill-karreġġata. 

    Il-Kia Stonic hija pakkett eċċitanti li jgħaqqad flimkien l-estetika u l-prattiċità għas-sewqan ta’ kuljum. Il-mudell jibda minn biss €14,900 inkluż it-tnaqqis mill-iskema ta’ scrappage. Kia Malta bi pjaċir tilqa’ l-pubbliku biex iżuru l-Istonic waqt l-Open Weekend fi tmiem din il-ġimgħa. Biex niċċelebraw din it-tnedija, se jkun servit ikel ħafif u xorb fil-ħinijiet tal-ftuħ.

    Għal aktar informazzjoni dwar il-mudell ġdid Stonic, wieħed jista’ jżur direttament ix-showroom fi Triq L-Imdina, Ħal Qormi. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu wkoll perezz ta’ email lil kiasales@motorsinc.com.mt, telefonata fuq 2269 2120/3, jew minn fuq il-portal kia.com/mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0