ARA: Ġaħan, il-Belt Valletta u 20 pajjiż Għarbi

  • Apr 29, 2018 08:50
  • Miktub minn iNews

    Proġett innovattiv fejn it-tfal idoqqu bi strumenti minn materjal riċiklat

    Hemm xi konnessjoni bejn Ġaħan u l-Belt Valletta? F’hiex jidħol Meċlaq il-Ġemel u Ewġenju l-Ġenju? Kif spiċċaw fid-deżert? Fuq kollox x’konnessjoni hemm bejn 20 pajjiż Għarbi u l-Belt Valletta?  Dawn huma kollha mistoqsijiet li jqumu  hekk kif se tkun qed issegwi l-produzzjoni interattiva minn Tikka Banda bit-tema ‘Ġaħan 18….Niftħu l-bieb ma’ Gaħan”.  Produzzjoni li fiha it-tfal se jkunu parti integrali mill-mużika bi strumenti innovattivi u li faċilment jistgħu jagħmluhom it-tfal għax ġejjin minn materjal riċiklat.

    Din l-inizjattiva mmexxija mill-grupp mużikali dinamiku, Tikka Banda, se  jkun esplorat id-divertiment u l-logħob, il-wirt mużikali Mediterranju, il-kulturi tal-pajjiżi ġirien u kwistjonijiet ambjentali, permezz tal-mużika interattiva. Inizjattiva li qed tkun finanzjata kompletament mill-Fondazzjoni Valletta 2018.

    Justin Formosa, kordinatur ta' Tikka Banda kif ukoll direttur artistiku ta' dan il-proġett jgħid lil inewsmalta.com li “l-interess f’Tikka Banda ilu jiżdied sa minn meta nidejna b’suċċess l-inizjattiva #barralklassi, programm interattiv dedikat lit-tfal waqt il-Valletta Green Festival 2017. Issa, jmiss #ġaħan18 fejn it-tfal se jkunu mistiedna biex jieħdu sehem f’għadd ta’ prestazzjonijiet li se jkunu qed isiru f’ħames lokalitajiet f’Malta. Il-ħidma fuq dan il-progett bdiet lura f’Mejju 2017. Dan il-progett ġie aċċettat wara sottomissjoni ta’ proposta lill- Valletta 2018. Il-proġett hu destinat li joħroġ mill-Belt Valletta u jdur il-ħames reġjuni ta’ Malta inkluż Għawdex.

    Dettalji dwar il-progett:

    Dan il-progett ser ikun qed isir fil-ħin u l-lokalitajiet imsemmija hawn isfel. L-etajiet li dan il-progett huwa mmirat lejhom huma dawk ta’ bejn it-3 u l-10 snin. Il-proġett huwa pjanat li jkun programm ta’ 30 minuta repetut 3 darbiet f’kull Lokalità li Tikka Banda se żżur, hekk kif imnizzel aktar l-isfel fid-dettal. Ta' min ngħidu, li peress li Ġaħan għandu għeruq minn pajjiżi Għarab, din l-avventura ser toħodna f'diversi pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq. Fejn hemm, Ġaħan bil-praspar kollha tiegħu, jiltaqa' ma' bosta karattri popolari, waqt li l-banda ddoqq mużika marbuta ma' kull pajjiż.

    Kull biċċa mużika li ser tindaqq, hija arranġament ta' Mro Ray Sciberras, waqt li l-banda ġiet imħejjija mużikalment, taħt id-direzzjoni ta' Mro John I. Borg assistit minn Luke Vella. Il-karattru ta' Ġaħan se jkun interpretat minn Andrea Cassar, li ukoll huwa l-moħħ wara l-iscript oriġinali b'kitba tiegħu stess.

    Silta mill-progett:

    Kollox jibda f’Malta. Ġaħan tfajjel imqarqaċ ta’ għaxar snin isib kaxxa tat-teżor qrib l-iswar tal-Belt Valletta. X’ikun fiha dik il-kaxxa? U min hu Ewġenju l-Ġenju? Kif se jispiċċaw fid-deżert u jżuru iktar minn għoxrin pajjiż Għarbi fi tletin minuta? U x'għandu x'jaqsam il-karozzin ma' Meċlaq il-Ġemel?

    #ĠAĦAN18 żgur mhux forsi se tkun tletin minuta t’avventura sħiħa għal dawk kollha li jattendu flimkien ma’ Ġaħan, Ewġenju l-Ġenju, Meċlaq il-Ġemel, Cleopatra, Ali Baba, Sinbad, Aladdin, Scherezade, in-Nannu Ġuħa u s-Saħħar tar-Ramel. Fl-aħħar mill-aħħar int se ssib it-teżor! 

    Il-preżentazzjonijiet għall-iskejjel parteċipanti se jkunu hekk: Reġjun Xlokk ta’ Malta 3 ta’ Mejju 2018  mid-9:30am sa 10:30 am u 11:30am. Din se ssir f’It-Taraġ tal-Baċir, il-Bormla.

    Ir-rappreżentazzjoni fir-Reġjun Tramuntana ta’ Malta se ssir fl-4 ta’ Mejju fid-9.30am, 10.30 u 11.30am. Din se ssir fi Ġnien il-Qigħan, il-Mellieħa. Fir-rigward tar-Reġjun Ċentru ta’ Malta l-attività se ssir fis-7 ta’ Mejju fl-istess ħinijiet. Din se ssir fi Spazju Rikreattiv f’Ħal Lija, bi swit it-Torri Belvedere.

    Imbagħad hemm prestazzjonijiet miftuħa għall-pubbliku ġenerali fejn għar-Reġjun tan-Nofsinhar ta’ Malta din se ssir fil-5 ta’ Mejju fid-9.30 am, 10.30 am u l-11.30 am. Din se ssir fit-Teatru Grieg fi Ġnien De La Cruz Ħal Qormi, faċċata ta' supermarket popolari fl-istess lokalità.  Dik li se ssir fir-Reġjun ta’ Għawdex se ssir fis-6 ta’ Mejju  u l-ħin se jkun fis-2.00 pm, 3.00 pm u l-4.00 pm. Din se ssir fi Ġnien il-Bidwi is-Sannat, b'diversi direzzjonijiet għall-pubbliku li ser isiru mill-Pjazza tal-Lokal, grazzi għal Kunsill Lokali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0