Mudell ta' jeans ġdid iqajjem kontroversja... kieku int tixtrih?

  • Mej 04, 2018 18:59
  • Miktub minn iNews

    Kumpanija minn Los Angeles ħarġet fis-suq jeans li fi ftit mumenti qajjem kontroversja ta’ reazzjonijiet.

    Dan il-jeans tar-ritratt qiegħed jinbiegħ għal €140 u minkejja li bosta tkellmu kontra dan il-mudell, bosta spiċċaw jixxennqu għalih hekk kif l-ewwel ammont inbiegħ f’ħakka t’għajn.

    Dan il-mudell  jinkludi biss ħjata mal-qadd li minn joħorġu żewġt ibwiet u li minnhom ‘l isfel hemm biss ħjata rqiqa fuq in-naħa ta’ barra tas-sieq.

    Fost l-ewwel kummenti li segwew l-ewwel promozzjoni ta’ dan il-jeans kien hemm dak li qal li mhux li kien kieku jaħasra imqar intuża materjal daqs kemm jesgħu l-bwiet u ieħor li qal li kull deni ħudu b’ġid u filwaqt li dan il-mudell mhu se jħalli xejn għall-immaġinazzjoni ta’ dak li jkun, se tkun aktar faċli biex il-membri tas-sigurtà fl-ajruporti jassiguraw ruħhom mis-sigurtà tal-poplu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0