Wasal is-sajf… x’tista’ tagħmel biex ittaffi l-ħruq tax-xemx?

  • Mej 10, 2018 10:08
  • Miktub minn iNews
"

    Ħafna minnha missitna x-xorti ħażina li xi darba jew oħra nħraqna waħda sew bix-xemx. Iżda kontu tafu li hemm prodotti naturali u lesti fil-friġġ tad-djar tagħna li jtaffu sew l-iskomdu kbir li jista’ jikkawżalna l-ħruq tax-xemx? Wieħed mill-aħjar prodotti li nistgħu ndelku fuq il-ġilda meta nixxemxu żżejjed huwa l-ħalib frisk! Iva, il-ħalib kiesaħ imxappap fuq il-ġilda skarnata jnaqqas kemm il-ħmura kif ukoll in-nefħa li nsofru meta niġu esposti ż-żejjed għar-raġġi qawwija tax-xemx.

    Issa li s-sajf huwa magħna rridu nieħdu ħsieb li ma nesaġerawx il-ħin tagħna fix-xemx. Importanti li nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fosthom li nevitaw li nkunu esposti għax-xemx fil-ħinijiet ta’ meta tkun l-aktar qalila, li nilbsu l-ilbies adattat, li nagħmlu s-sunblock u nixorbu ħafna ilma.

    Ir-riskji għal saħħitna fejn tidħol ix-xemx huma kbar speċjalment dak tal-kanċer tal-ġilda u għalhekk id-dipartimenti tas-saħħa joħorġu diversi avviżi lill-pubbliku biex jieħdu ħsieb li jevitaw ħin twil fil-qilla tax-xemx.

    Jekk tqatta’ tesaġera tixxemmex tista’ ssofri minn ħruq ta’ l-ewwel grad li hu ta’ l-istess ħsara u skomdu bħallikieku tinħaraq bin-nar. L-uġigħ ikkawżat minn xemxata jwassal biex il-ġilda tkun infjammata u wieħed irid ifejjaqha billi jkessaħ il-partijiet maħruqa.

    Skond dermatoloġisti Amerikani s-sigriet hu l-kiesaħ. Il-ħalib frisk mill-friġġ itaffi l-ħruq mix-xemx għax iniżżel l-infjammazzjoni u l-protejini fil-ħalib ifejqu l-ġilda. Dan il-prodott għandu l-vitamini A u D, amino acids u lactic acid, kif ukoll il-protejini whey u casein.

    Fost prodotti oħra li nistgħu nużaw f’każ ta’ emerġenza, hemm il-jugort, ilma kiesaħ u Aloe Vera. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0