Kantanta favorita li terbaħ il-Eurovision tgħid li hi ħasra li ninħlew fuq l-isterjotipi

  • Mej 10, 2018 18:10
  • Miktub minn iNews

    F’dan iż-żmien tant mistenni għal dawk dilettanti ta’ dan il-festival li jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta pajjiżi madwar id-dinja, ħafna jkunu dawk li jibdew jippruvaw ibassru min se jkun qiegħed jieħu miegħu t-trofew tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena anke jekk għadhom qas intgħażlu l-kanzunetti finalisti kollha.

    F’intervista mal-kantanta tal-Iżrael, Netta Barzilai, meqjusa bħala waħda mill-favoriti li tilħaq dan is-suċċess qalet li hi tħossha li flimkien mal-kollegi tagħha qegħdin jgħinu ħafna nies billi jkissru l-isterjotipi.

    Il-kantanta qalet li tuża l-kant biex twassal il-messaġġ tagħha u ta’ oħrajn li kienu ġġudikati bħala “mhux tajbin biżżejjed”. Hija tkellmet dwar l-esperjenza tagħha fil-passat meta kienet tkanta ma’ grupp mużikali u meta kienu jirċievu offerti mhux l-ewwel darba li semgħet min jistaqsi għal xi ħadd minflokha għax hi kienet ħoxna.

    Hi qalet li sfortunatament, persuna differenti mhijiex aċċettata, b’uħud mill-isterjotipi jkunu l-ħxuna u l-kuluri li nilbsu.

    Il-messaġġ tagħha huwa li hija ħasra kbira li jkun hemm min iqatta’ ħajtu jipprova jikkuntenta lil ħaddieħor meta ninsabu ngħixu ħajja li tista’ tispiċċa minn minuta għall-oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0