Marlene Mizzi tappoġġja l-annimali tat-triq u abbandunati

  • Mej 11, 2018 15:35
  • Miktub minn iNews
"

    L-MEP Marlene Mizzi għamlet żjara ta’ korteżija fix-xelter tal-annimali tal-Carers for Strays and Abandoned Felines (CSAF) f’Bormla. Hija kienet mdawra mal-faċilitàli tilqa’ mijiet ta’ qtates midrubin, morda,tqaluabbadunati.Filwaqt li faħħret lill-voluntiera tal-qalb li għandhom u għas-sagrifiċċji li jagħmlu minħabba n-nuqqasijiet ta’ ħaddieħor, hija tat kontribuzzjoni lis-CSAF permezz ta’ ġugarelli għall-qtates u ikel, biex tgħin u toffri appoġġ lill-ħidma prezzjuża tagħhom.

    L-MPE Mizzi qalet: “Napprezza l-ħidma volontarja kollha li ssir biex l-annimali jiġu ttrattati bl-aħjar mod possibbli. Nafu li kull min għandu annimali domestiċi jħobbhom daqslikieku huma membru tal-familja. Bħala l-Viċi-President tal-Intergroup on the Welfare and Conservation of Animals qiegħda nagħmel dak kollu possibbli biex inkun il-vuċi tal-annimali li qegħdin ibatu, imma fuq kollox biex ikun hemm fondi ivvotati apposta għall-animal welfare.”

    Fl-2017 l-MPE Marlene Mizzi rebħet il-premju internazzjonali prestiġjuż tal-Eurogroup for Animals għall-ħidma eċċezzjonali tagħha fil-qasam tal-protezzjoni tal-annimali. Fl-istess sena hija ġiet innominata għall-Premju MEP tas-Sena għall-kontribut tagħha fuq kwistjonijiet tal-ħarsien tal-annimali.

    L-MPE Marlene Mizzi saħqet li għandu jsir sforz unanimu mill-Gvern, l-Unjoni Ewropea u l-NGOs biex issir kampanja ta’ edukazzjoni biex kemm min jieħu r-responsabbiltà li jrabbi annimal ma jispiċċax iwaddbu fit-triq sempliċiment għax ma jafx kif għandu jrabbih għax, fl-aħħar mill-aħħar, il-konsegwenzi jbatihom l-annimal li ma jaħti xejn.

    “Is-santwarji li jieħdu ħsiebl-annimali għandhom bżonn ħafna flus u tagħmir biex jitmexxew u nappella biex min jista’ jibgħat kontribuzzjoni finanzjarja jew ikel ma jogħqodx lura. Irridu napprezzaw liminqed jieħuħsieb is-santwarji tal-annimali qed jagħti servizz imprezzabbli lis-soċjetà għax kieku ma jkunux huma, dawn l-annimal jibqgħu jiġru barra,” qalet l-MPE Mizzi.

    Min jixtieq jagħti donazzjoni lis-CSAF jista’ jagħmel dan billi jibgħat SMS fuq 5061 7353 għal €2.33, 5061 8069 għal €4.66, 5061 9243 għal €11.65; jew permezz ta’ PayPal lil CSAFMaltaFunds@gmail.com lill-kont bankarju tal-BOV 400 198 762 98.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0