Il-cruise-liner ultra lussuż ‘Ovation’ inawgurat fil-Port il-Kbir

  • Mej 12, 2018 18:41
  • Miktub minn iNews
"

    Ilbieraħ, fil-Port il-Kbir il-Belt Valletta, saret l-inawgurazzjoni tal-aħħar investiment mal-flotta tas-Seabourn, l-‘Ovation’. 

    Ovation huwa l-ħames cruise-liner ultra lussuż, li internament huwa ddisinjat minn Adam D. Tihani, wieħed mill-ikbar disinjaturi tal-mument. Għal dan il-proġett, huwa ffoka fuq l-element ta’ sorpriża u t-tqanqil ta’ kurżità għall-mistiedna ma’ kull rokna tal-vapur.

    Is-Seabourn Ovation daħal fil-Port il-Kbir kmieni l-Ġimgħa filgħodu, bi preparazzjoni għat-tnedija u ċ-ċelebrazzjonijiet li saru tul il-jum tal-Ġimgħa. 

    Elaine Paige, kantanta u attriċi famuża, serviet ta’ parrina għas-Seabourn Ovation u allura assistiet għat-tnedija, li kienet ikkaratterizzata minn veduti mill-isbaħ tal-Belt Valletta fl-isfond. Numru ta’ mistednin distinti attendew għal din l-inawgurazzjoni. 

    Iċ-chairman eżekuttiv tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, Dr Gavin Gulia, qal li l-fatt li kumpanija ta’ din il-kalibru għażlet li twettaq iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni f’Malta tfisser progress fl-industrija tal-cruiseliners f’pajjiżna, flimkien ma’ progress fl-industrija b’mod ġenerali. Dr Gulia qal li fl-2017, il-gżejjer Maltin raw żieda sinnifikanti fl-ammont ta’ traffiku ġġenerat minn cruielines, bl-ammont totali jammonta għal aktar minn 670,000 passiġġier, li kienet tfisser żieda ta’ 7% meta mqabbel mal-2016. 

    Dr Gulia kkonkluda billi rringrazzja lil Mifsud Brothers Ltd (MBL), l-aġenzija li tirrappreżenta lil Seabourn f’Malta, u li għamlet l-inawgurazzjoni possibbli.

    Il-Ministru responsabbli mit-turiżmu, Dr Konrad Mizzi, qal li l-industrija tal-cruise liners qed tikber fil-gżejjer Maltin. Infatti, kien hemm żidiet kull sena mill-2013 sas-sena li għaddiet, bl-2017 immarka żieda ta’ 55% fuq l-2013. 

    Dr Mizzi żied jgħid li Malta qed trawwem reputazzjoni tajba f’din l-industrija. Grazzi għal aktar konnettivita, il-gżejjer Maltin qed ikunu ċentru għall-passiġġieri tal-crusie liners, b’aktar viżitaturi jiġu bl-ajru lejn il-gżejjer Maltin biex jibdew il-cruise tagħhom. 

    Dr Mizzi ikkonkluda billi qal li f’ħafna istanzi, turisti li jiġu Malta għall-ewwel darba permezz ta’ cruise, jiġu lura biex jesploraw aktar il-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0