inewsmalta.com



Iż-Żejtun ireġġa' lura l-arloġġ għal żmien it-Tieni Gwerra Dinjija

  • Mej 13, 2018 17:43
  • Miktub minn iNews
    Dalgħodu l-Pjazza taż-Żejtun marret lura għall-1942 bl-avveniment “Iż-Żejtun Taħt in-Nar” li għal darb'oħra kien ta' suċċess. Dan l-avveniment ifakkar it-traġedja li seħħet fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija fil-Pjazza taż-Żejtun fit-2 ta' Mejju tal-1942.
     
    L-ambjent tal-Pjazza inbidel eżattament għal dak iż-żmien, b'diversi re-enactments minn Battlefield Living History Group, Malta Command, u Malta Sea Cadets, flimkien ma' ilbies tradizzjonali u mużika tal-Gwerra. It-tfal ukoll kellhom l-opportunità li jipparteċipaw, hekk kif iż-żgħażagħ mill-għaqda Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) organizzaw diversi logħob tradizzjoni minn passju għall-ħabel. Il-pubbliku ma naqasx ukoll milli jduq l-ikel tal-Victory Kitchen li tqassam b'xejn minn għaġin għal soppa fost l-oħrajn. Fost diversi attrazzjonijiet, l-aktar li ġibdet l-għajn fost il-pubbliku, kien il-bar li ġie armat, il-ħasil tal-ħwejjeġ fil-banju taż-żingu f'nofs il-Pjazza, kif ukoll iċ-ċertifikati tal-113-il-persuna miż-Żejtun li mietru fiż-żmien il-Gwerra.
     
    Barra minn hekk, saret tifkira kommemorattiva quddiem il-monument li jfakkar it-28 persuna li mietu dakinhar tat-traġedja. Il-pubbliku kellu wkoll l-opportunità li jara t-tip ta' bombi li ġew użati waqt din it-traġedja minn Luftwaffe Junkers 88,  li d-daqqiet tal-bombi għadhom jidhru mal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook