inewsmalta.com



Lewis Hamilton jirbaħ il-GP ta’ Spanja

  • Mej 13, 2018 20:48
  • Miktub minn iNews

    Is-sewwieq Britanniku tal-Formula Wieħed, Lewis Hamilton (Mercedes), kabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika meta rebaħ il-Grand Prix ta’ Spanja, f’ħin ta’ 1:35:29.972.

    Huwa fetaħ vantaġġ ta’ 17-il punt fuq is-sewwieq Ġermaniż Sebastian Vettel (Ferrari) hekk kif dan tal-aħħar temm fir-raba’ post.

    Detrimentali għalih kie­net it-tieni pit-stop biex jibdel it-tyres kif ukoll il-fatt li għamel xi ħin isuq wara s-safety car biex tilef sekondi prezzjużi.

    Fit-tieni post spiċċa l-kollega ta’ Hamilton, il-Fin­landiż, Valtteri Bottas, segwit mill-Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) biex dan tal-aħħar tela’ fuq il-podju għall-ewwel darba dan l-istaġun. 

    Il-fatt li Mercedes kisbu l-ewwel żewġ postijiet ta’ din it-tellieqa rahom jerġ­għu jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kostrutturi.

    Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għal Hamilton, biex wara bidu ta’ staġun xi ftit inċert, qed juri biċ-ċar li jista’ jerġa’ jittrijonfa fi tmiem l-istaġun.

    Intant, l-Awstraljan, Da­niel Ricciardo (Red Bull), temm fil-ħames post li jista’ jitqies bħala riżultat di­żappuntanti għalih, waqt li d-Daniż Kevin Magnussen (Haas) ikklassifika fis-sitt post biex temm tmiem ta’ ġimgħa ferm pożittiv għa­lih, b’dan ir-riżultat ikun l-aħjar wieħed miksub minnu mill-GP tal-Bahrain.

    Klassifika (ta’ fuq): 95 - Lewis Hamilton; 78 - Sebastian Vettel; 58 - Valtteri Bottas; 48 - Kimi Raikkonen; 47 - Daniel Ricciardo; 33 - Max Verstappen; 32 - Fernando Alonso

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook