inewsmalta.com



Mo Salah - l-aqwa skorer u vvutat il-player tas-sena tal-Premier League

  • Mej 14, 2018 00:50
  • Miktub minn iNews

    L-attakkant internazzjonali Eġizzjan ta’ Liverpool, Mohamed Salah, rebaħ l-unur ta’ Player tas-Sena tal-Premier League wkoll.

    Salah, 25 sena, skorja 32 goals fi 38 logħba fil-kampjonat dan l-istaġun wara li seħibhom mingħand Roma fis-sajf li għadda għal £34 miljun.

    Salah, li bejn l-2014 u l-2016 kien ma’ Chelsea mingħajr ma kiseb l-ebda suċċess, skorja 44 goals f’51 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun.

    Dan huwa t-tielet unur prestiġjuż wara li diġa’ rebaħ il-Player tas-Sena tal-PFA u l-Player tas-Sena tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Football.

    “Jgħidu li l-ewwel darba hawnhekk ma kellix suċċess. Għalhekk dejjem kienet f’moħħi li nikseb suċċess fil-Premier League. Ninsab kuntent ħafna u nħossni kburi li rbaħtha.”

    Il-bieraħ kiser ir-rekord bi 32 goals fi staġun ta’ 38 logħba li qabel kien b’31 goals ma’ Alan Shearer (Blackburn Ro-vers, 1995-96), Cristiano Ronaldo (Manchester United, 2007-08) u Luis Suarez (Liverpool 2013-14).

    Shearer (Newcastle, 1993-94) u Andy Cole (Manchester U., 2007-08) qed jaqsmu flimkien ir-rekord ta’ 34 goals fi  staġun ta’ 42 logħba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook